Stefan Cassar jirbaħ l-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal April
Stefan Cassar ingħata l-unur tal-Atlas Atleta Żagħżugħa tax-Xahar għal April. Huwa rebaħ għall-ewwel darba dan il-premju ta’ kull xahar, wara li kiseb Rekord Nazzjonali ta’ 6:31.15 fl-2000 metru Steeplechase għall-atleti ta’ taħt it-tmintax-il sena, waqt l- Athletics Malta Open Challenge 4. Huwa ilu jippratika l-atletika għal dawn l-aħħar 11-il sena u dejjem ma’ La Salle Athletics Club. Cassar iħobb ukoll jiġri f’distanzi twal bħal dawk tal-10 kilometri għaliex jirrekjedu abilitajiet differenti minn meta tiġri f’distanzi qosra. It-trofew tal-Atlas Atleta Żagħżugħa tax-Xahar għal April 2023 flimkien mal-vawċer t’abbiljament sportiv abbinat ma' dan il-premju ġew ippreżentati lil Stefan Cassar minn Matthew von Brockdorff Direttur Maniġerjali u CEO ta’ Atlas Insurance. F’isem l-Għaqda Ġurnalisti Sports kien hemm preżenti l-Membru tal-Kumitat Eżekuttiv Domenic Aquilina. Dan il-premju ta' kull xahar jingħata b'inizjattiva konġunta tal-Għaqda Ġurnalisti Sports flimkien ma' Atlas Insurance. Il-panel li jiġġudika r-rebbieħa ta' dan il-premju jieħu nota tas-suċċessi miksuba matul dak ix-xahar u [...]