Home Page

19 12, 2023

Jinfetaħ uffiċjalment il-proċess tan-nominazzjonijiet għall-64 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali

By |December 19th, 2023|0 Comments

Hekk kif resqin lejn tmiem is-sena, il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports qiegħed iħabbar li fetaħ uffiċjalment il-proċess tan-nominazzjonijiet għall-edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali tas-sena 2023. L-assoċjazzjonijiet u l-federazzjonijiet għadhom kif irċevew il-kommunikazzjoni uffiċjali u stedina sabiex huma jinnominaw lill-atleti tagħhom fil-kategoriji stabbiliti li huma: L-Isportiv u l-Isportiva tas-Sena Iż-Żagħżugħ u ż-Żagħżugħa tas-Sena Il-Kowċ tas-Sena L-Uffiċjal tas-Sena It-Team tas-Sena Unuri oħra li jingħataw kull sena huma: L-Avveniment Internazzjonali organizzat f'Malta People's Choice Award Rikonoxximent lill-Atleti (Mara u Raġel) ta’ Special Olympics In-Nominazzjonijiet jagħlqu fl-10 ta' Jannar 2024, bis-serata ta' premjazzjoni mistennija ssir is-Sibt 2 ta' Marzu 2024. Għal din is-sena l-Għażliet Sportivi Nazzjonali se jkunu organizzati mill-Għaqda Ġurnalisti Sports u bil-għajnuna tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni. Aktar informazzjoni dwar il-proċess ta' nominazzjoni u r-regolamenti tista' tinkiseb minn fuq is-sit elettroniku tal-Għaqda Ġurnalisti Sports: https://www.maltasportsjournalists.com/ghazliet-sportivi-nazzjonali-rules-regulations-regolamenti/

12 12, 2023

Jake Castaldi and Steven Muscat win the Atlas Youth Athlete of the Month Award for November 2023

By |December 12th, 2023|0 Comments

Jake Castaldi and Steven Muscat have been awarded the Atlas Youth Athlete of the Month Award for November. Castaldi and Muscat were crowned European champions in the U15 and U18 categories, respectively, and were part of Malta's U18 Team A, also crowned champions during the European Blackball Championships held in Malta between the 1st and 8th November. Jake Castaldi won the U15 category final against the Welsh player Mason Lorey 6-1. On the other hand, Steven Muscat won the U18 final against the English player Solly Simpson 6-3. Malta U18 Team A won the final match as they took the decisive winning frame England A with a score of 13-12. The trophy for the November 2023 Atlas Youth Athlete of the Month together with a sports apparel voucher were presented to the winners by Robert Micallef, Chief Commercial Officer of Atlas Insurance. The Malta Sports Journalists Association was represented [...]

12 12, 2023

Jake Castaldi u Steven Muscat jirbħu l-premju Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal Novembru 2023

By |December 12th, 2023|0 Comments

Jake Castaldi u Steven Muscat ingħataw l-unur tal-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal Novembru. Castaldi u Muscat huma ċ-champions Ewropej tal-blackball fil-kategoriji ta’ taħt il-ħmistax u t-tmintax-il sena rispettivament. Huma kienu wkoll kienu parti mit-tim Malta A ta’ taħt it-tmintax-il sena li wkoll saru champions waqt il-Kampjonati Ewropej tal-Blackball organizzati f’pajjiżna bejn l-1 u t-8 ta’ Novembru. Jake Castaldi sar champion ta’ taħt il-ħmistax-il sena meta fil-finali għeleb lill-plejer minn Wales Mason Lorey 6-1, filwaqt li Steven Muscat sar champion ta’ taħt it-tmintax-il sena meta fil-finali ħareġ rebbieħ kontra l-Ingliż Solly Simpson 6-3. It-trofew tal-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal Novembru 2023, flimkien mal-voucher t’abbiljament sportiv abbinat ma' dan il-premju, ġew ippreżentati lir-rebbieħa minn Robert Micallef, Chief Commercial Officer ta’ Atlas Insurance. F’isem l-Għaqda Ġurnalisti Sports kien hemm preżenti l-Membru tal-Kumitat Eżekuttiv Mark Muscat. Dan il-premju ta' kull xahar jingħata b'inizjattiva konġunta tal-Għaqda Ġurnalisti Sports flimkien ma' Atlas Insurance. Il-panel li [...]

28 11, 2023

Reazzjoni għad-deċizjoni tal-MFA dwar manutenzjoni fl-Istadium Nazzjonali

By |November 28th, 2023|0 Comments

L-Għaqda Ġurnalisti Sports (GħĠS) tilqa' b'sodisfazzjon l-aħħar komunikazzjoni mill-Malta Football Association (MFA) rigward il-manutenzjoni li ġiet imwiegħda li se ssir fil-Press Boxes tat-tielet sular tal-Istadium Nazzjonali f'Ta' Qali. L-Għaqda Ġurnalisti Sports tfakkar li din id-deċiżjoni tal-MFA li tibda dawn ix-xogħlijiet waslet wara pressjoni li saret mill-Għaqda Ġurnalisti Sports, fejn kienet kitbet lis-Segretarju Ġenerali tal-MFA biex tiġbed l-attenzjoni dwar dan kollu iktar minn xahrejn ilu. Din id-deċiżjoni tal-MFA ittieħdet ilbieraħ wara li l-ġurnalisti li kienu xogħol fi tmiem il-ġimgħa, reġgħu esperjenzaw l-ilma dieħel minn kullimkien fit-tielet sular tal-istadium, inkluż ilma tax-xita jmiss ma' apparat elettroniku viċin tagħhom. Dawn reġgħu rrapportaw immedjatament lill-GħĠS. Filwaqt li l-Għaqda Ġurnalisti Sports tapprezza l-intervent li se jsir biex tibda l-manutenzjoni neċessarja, l-Għaqda Ġurnalisti Sports xorta ma taqbilx li se jitħallew il-camerapersons jaċċessaw il-kmamar tat-tielet sular biex jiġbdu l-logħbiet. Għalkemm l-ikbar ammont ta’ ilma tax-xita qed jidħol mill-media boxes li jinsabu fuq ix-xellug u l-lemin tal-media [...]

Go to Top