Home Page

1 01, 2015

Imħabbra s-semi finalisti fil-kategoriji kollha

By |January 1st, 2015|1 Comment

Il-Bord tal-Għażla fi ħdan il-Kumitat Organizattiv tal-Edizzjoni 2014 ta’ Sport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali ħabbar il-lista ufficjali tas-semi finalisti fil-kategoriji kollha . Din l-għażla hija t-tieni fażi fil-process fejn bejn it-2 ta’ Jannar u d-9 ta’ Jannar 2015, ġurnalisti membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jagħtu l-vot tagħhom sabiex jintgħażlu ħames finalisti f’kull kategorija. Ir-rebbieħ f’kull kategorija jkun magħruf waqt votazzjoni live li għandha ssir waqt is-Serata ta’ Premjazzjoni fil-31 ta’ Jannar 2015. B’kollox, sabiex jintgħażlu s-semi finalisti, il-Bord tal-Għażla wettaq process ta’skrutinju minn fost in-nominazzjonijiet li waslu għand il-Kumitat Organizattiv minn fost 32 assoċjazzjoni jew għaqda nazzjonali tal-isport flimkien ma’ oħrajn illi l-istess Bord deherlu li għar-riżultati miksuba fl-2014 kien jixirqilhom konsiderazzjoni u post fis-semi finali. […]

30 12, 2014

Ftehim ta’ 3 snin għall-organizazzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali

By |December 30th, 2014|0 Comments

Il-Kunsill Malti għall-Isport, flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport laħqu ftehim mal-Għaqda Ġurnalisti Sports sabiex għat-tliet snin li ġejjin jorganizzaw flimkien l-Isport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali.Dan il-ftehim intlaħaq wara għadd  ta’ laqgħat li saru bejn uffiċjali tal-KMS u tas-Segretarjat Parlamentari mal-uffiċjali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports. Iż-żewġ naħat qablu li għall-ġid tal-Isport lokali, tiġi organizzata serata waħda fejn jiġu ppremjati l-individwi sportivi fuq il-mertu u r-riżultati li jkunu kisbu matul is-sena.Il-ftehim ikopri s-serati ta’ għoti ta’ unur li ser isiru f’Jannar 2015, 2016 u 2017. […]

6 12, 2014

Malta Sports Journalists Association in talks with MFPA

By |December 6th, 2014|0 Comments

The Executive Committee of the Malta Sports Journalists Association held a meeting with the main officials of the MFPA – Malta Football Players Association. During the meeting several issues related to both associations were discussed. The meeting was led by the Presidents of the two respective associations namely Mr Charles Camenzuli President of the Malta Sports Journalists Association and Dr Anthony Galea President of the Malta Football Players Association. The two associations agreed that in view of the recent ongoing debate on the players status reform as proposed by the MFA, both associations are to meet and keep contact on a regular basis. […]

24 09, 2014

Iż-żewġ ġurnalisti tar-RAI: Coppola u Mattei

By |September 24th, 2014|0 Comments

  Il-Public Broadcasting Services u l-Għaqda Ġurnalisti Sports se jorganiżżaw Seminar Nazzjonali bl-isem “The Development of Sport Services on Television”, bil-kollaborazzjoni ta’ RAI, radiotelevisiva italiana. Għas-seminar li se jsir it-Tnejn 6 u t-Tlieta 7 ta’ Ottubru 2014 se jinġiebu Malta żewġ ġurnalisti u kummentaturi tal-futbol ta’ RAI Sport: Dott. Gianfranco Coppola u Stefano Mattei: it-tnejn li huma kontributuri regolari fil-programmi Stadio Sprint, Dribbling, Domenica Sportiva u 90′ Minuto. […]

Go to Top