Ir-Rebbieħa tal-Isportivi Nazzjonali jingħataw EUR500 mill-Maltco Lotteries
“Il-fatt li kumpanija bħal Maltco Lotteries kellha l-fiduċja sħiħa fl-edizzjoni 2014 tal-Isport Malta Awards – Ġħażliet Sportivi Nazzjonali huma garanzija tax-xogħol li l-Kumitat Organizattiv wettaq matul l-aħħar xhur u li jikkonfermaw kif avveniment bħal dan ta’ kull sena jibqa’ jqawdi rispett f’kull firxa tas-soċjeta sportiva f’pajjiżna ” – hekk saħaq Charles Camenzuli , President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u rappreżentant tal-Kumitat Organizattiv fl-okkazjoni tal-preżentazzjoni ta’ għotja finanzjarja minn Maltco Lotteries lir-rebbieħa ewlenin f’ seba’ kategoriji tal-54 Edizzjoni tal-Sport Malta Awards – Għazliet Sportivi Nazzjonali. […]

