IMG_6488Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u l-ġurnalisti membri jingħaqdu b’solidarjeta’ mal-kollega Sandro Micallef – Segretarju Ġenerali tal-GħĠS u ma’ martu Catherine u ż-żewgt uliedu.

Dan kollu fid-dawl tal-inċident li seħħ kmieni dal-lejl u li fiħ il-vettura personali tal-kollega Sandro Micallef spiċċat meqruda b’nirien .

L-GħĠS tħalli f’idejn l-awtoritajiet kompetenti sabiex jiddeterminaw x’wassal għal dawn l-inċidenti .

Fl-istess waqt l-GħĠS iġġedded u ssaħħaħ is-solidarjeta’ tagħha ma’ dawk milquta.