IMG_3150[1]Il-Ġimgħa 15 ta’ Lulju saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports li ġabet fi tmiemha sena ta’ ħidma ta’ din l-Assoċjazzjoni li tirrapreżenta ġurnalisti tal-isports, reporters u photo reporters tal-Isportsf’pajjiżna.

Fil-laqgħa ġie ppreżentat ir-rapport amminsitrattiv u dak finanzjarju li ġew ippreżentati minn Sandro Micallef Segretarju Ġenerali u Antoine Dalli Teżorier rispettivament. Dawn iż-żewġ rapporti ġew approvati unanimament.

Waqt l-indirizz tiegħu l-President Charles Camenzuli filwaqt li rringrazzja lil membri tal-appoġġ tagħhom matul is-sena 2015/16, insista fuq il-messaġġ li hu kien għadda fi Frar li għadda fuq l-importanza ta’ identifikazzjoni tal-kisbiet tal-atleti. Hu nsista sabiex il-ġurnalisti tal-isport jagħrfu jiddistingwu l-kisbiet tal-atleti u ma jinġarrux bl-entużjażmu meta Assoċjazzjoni jew Federazzjoni tinforma lil media li atleti jew team ikun kiseb xi midalja f’kompetizzjoni li ħafna drabu ma’ tkunx ta’ livell. Il-messaġġ sempliċi hu li nħallu l-fisazzjoni ta’ rebħ ta’ midalji darba għall-dejjem u nsemmi l-midalji biss f’kompetizzjonijiet bħal kampjonati nazzjonali jew kampjonati internazzjonali rikonoxxuti mill-Federazzjonijiet internazzjonali.

Mil-lat ta’ sħubija l-President irringrazzja lil membri li għamlu s-sena 2015/16 sena rekord b’xejn inqas minn 74 sħubija imħallsa rekord assolut fl-istroja tal-Għaqda Ġurnalisti Sports.

Fil-laqgħa Annwali ingħata fiduċja asoluta l-membru ġurnalist sportiv Antvin Monseigneur meta fuq mozzjoni imressqa l-kamra vvutat unanimanent li għanda fiduċja sħiħa f’dan il-membru minkejja li sezzjoni tal-media ipprovat tiskreditah wara kumment li hu għamel fuq face book.

Matul il-laqgħa s-Segretarju Ġenerali Sandro Micallef rringrazzja lil membri kollha tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u lil pubbliku ġenerali sportiv tas-solidarjeta’ murija miegħu wara li l-ġimgħa l-oħra safa’ vittma ta’ attakk vandalu fuq fuq il-vettura personali tiegħu.

Għal-laqgħa li saret fil-Conference Hall tal-Pieta’ Hotspurs FC attendew numru sabiħ ta’ ġurnalisti membri. Fost l-osservaturi mistiedna din is-sena kien hemm is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius u Dr Angelo Chetcuti rapreżentant fil-Kunsill tal-MFA f’isem Birżebbugia SP u kandidat għall-kariga ta’ Viċi President tal-MFA.