It-tim tal-Kowċis rebaħ l-edizzjoni tal-Boxing Day Tournament 2019, bit-tim tal-Ġurnalisti tal-Isport runners up għat-tieni sena konsekuttiva
Reġgħu kienu l-kowċis li rebħu t-Tournament tradizzjonali li jsir l-għada tal-Milied f'Boxing Day u li hu organizzat mill-Għaqda Ġurnalisti Sports. Il-Team tal-MFCA (l-Malta Football Coaches Association) kien iffurmat minn diversi eks players fosthom Daniel Bogdanovic, Paul Zammit, Brian Said, Julian Briffa, Rupert Mangion u l-goalkeeper Simon Agius fost oħrjan. It-team tal-Għaqda Ġurnalisti Sports li kien jinkludi wkoll players li jaħdmu fil-media spiċċa bħala runner up ta' din l-edizzjoni meta rebaħ l-ewwel żewġ logħbiet tiegħu kontra t-team tal-Malta Football Referees Association u anke kontra t-team tal-Istaff tal-MFA u tilef biss fl-aħħar logħba deċiżiva kontra l-kowċis. Din it-tradizzjoni ta' Tournament ta' ħbiberija l-għada tal-Milied bdiet fis-snin 70' meta kienet tintlgħab logħba football bejn il-Ġurnalisti tal-Isports u r-Referees iżda fl-aħħar għaxar snin eżattament mis-sena 2010 it-Tournament ħa forma ta' kwadriangulari bil-parteċipazzjoni ta' erba' Assoċjazzjonijiet l-GħĠS, l-MFRA, l-MCA u l-MFA. L-Iskop tat-Tournament ikun sabiex darba fis-sena dawk li jaħdmu b'xi mod jew ieħor fil-futbol [...]


