Richard Schultheis rebbieħ tal-unur tal-Atlas Żagħżugħ tax-xahar għal Lulju
Il-baħħar żagħżugħ Richard Schultheis rebaħ l-unur tal-‘Atlas Youth Athlete of the month’ għax-xahar ta’ Lulju 2020. Schultheis intgħażel bħala r-rebbieħ ta’ dan l-unur wara r-riżultati eċċezzjonali li kellu tul ix-xahar ta’ Lulju fejn rebaħ waħda mill-aktar kompetizzjonijiet ta’ prestiġju organizzati mill-Federazzjoni Taljana tal-Ibburdjar. Din kienet l-ewwel kompetizzjoni tal-istaġun wara li tkomplew il-kompetizzjonijiet tal-Ibburdjar ta' din il-kategorija wara l-kriżi tal-pandemija COVID-19 fil-perjodu bejn Frar u Mejju. Richard Schultheis li ġej minn familja ta' baħħara u skippers ta' esperjenza ddomina f'din ir-Regatta li saret fiċ-Circolo Vela Arco fil-kategorija 29er. Wara għaxar provi f’riħ il-ħin kollu jvarja minn jum għall-ieħor, Richard Schultheis li għad għandu 15-il sena, wera li hu kien se jimmira għall-podju hekk kif beda jiddomina ġurnata wara l-oħra. Flimkien mal-pruwier Max Koerner, Schultheis rebaħ b’distakk ta’ 22 punt fuq il-koppja Marco Corrado u Matteo Catalano ta’ Centro Vela Bari mill-Italja. Dan kien suċċess li kellu sinifikat importanti u partikolari għall-familja Schulthies [...]


