Kayden Lagana jirbaħ l-unur tal-Atlas Żagħżugħ tax-Xahar għal Settembru
It-Tenpin Bowler żagħżugħ Kayden Lagana ġie magħżul bħala r-rebbieħ tal-unur tal-Atlas Żagħżugħ tax-Xahar għal Settembru. Lagana tul dan ix-xahar sar l-iżgħar Tenpin bowler f'Malta li rreġistrat l-ogħla punteġġ fl-ogħla diviżjoni f'kompetizzjoni Nazzjonali tal-MTBA. Punteġġ ta' series ta' 'l fuq min 600 hija xi ħaġa li kull Tenpin bowler jaspira li jagħmel u Lagana irnexxielu jisboq dan it-tragward b'6 series 'il fuq minn 600. Filfatt fil-kompetizzjoni Doubles League hu rnexxielu jikseb il-punteġġ ta' 680 u kiser ir-rekord ta' punteġġ tiegħu stess permezz ta' pin waħda, rekord li kien għamel ix-xahar ta' qabel. Issa Lagana kiser il-rekord tal-kull kategorija tal-Youths sa 18 -il sena b'series ta' iktar minn 675. Dan hu riżultat impressjonanti għal Lagana li għad għandu biss 12 -il sena. Riżultat prestiġjuż ieħor għal Lagana matul Settembru kien fis-17 tax-xahar meta b'series ta' 637 għamel perjodu ta' ġimgħa bħala l-plejer bl-ogħla punteġġ fl-ewwel diviżjoni u kien qed jissupera fil-klassifika lit-Tenpin bowlers [...]


