Il-Media lokali ssellem il-memorja ta’ persuna sinonima mal-Atletika; Anthony Chircop li għal 18-il sena sħaħ okkupa l-kariga ta’ President tal-MAAA.
Chricop kien bniedem dedikat u serva f’diversi karigi oħra wara li temm il-Presidenza tal-MAAA. Taħt l-amministrazzjoni tiegħu l-atletika lokali kibret sew fil-popolarita’ tagħha. Hu kellu konnessjonijiet tajba ma’ diversi uffiċjali fi ħdan il-European Athletics u anke l-IAAF
Hu kien rebaħ ukoll l-unur tal-Uffiċjal tas-sena fl-Isportivi Nazzjonali fl-1998. Għal diversi snin kien ukoll jokkopa l-kariga ta’ Direttur fi ħdan il-KOM.
Il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef iddeskriva lil Chircop bħala persuna li dejjem ta servizz leali lill-Isport tal-Atletika, servizz li kien għadu jagħti sal-aħħar jiem ta’ ħajtu.
L-Għaqda Ġurnalisti Sports tibgħat il-kondoljanzi lill-familja kollha Chircop.