Home Page

24 06, 2021

It-tim nazzjonali ta’ taħt il-15-il sena tal-Water Polo rebbieħ tal-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal Mejju

By |June 24th, 2021|0 Comments

It-tim nazzjonali ta’ taħt il-15-il sena tal-Water Polo ingħata l-unur tal-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal Mejju. Għall-ewwel darba kemm ilu jingħata dan il-premju, ġie magħżul tim minflok atleta individwali. It-tim nazzjonali ta’ taħt il-15-il sena tal-Water Polo ġab suċċess ieħor għall-water polo f’pajjiżna meta kkwalifika bl-ewwel post fi Grupp Ċ għall-fażi finali tal-Kampjonat Ewropew tal-LEN. Minkejja n-nuqqas ta’ logħob kompetittiv, spiċċaw fi dro ta’ 10-10 kontra Franza wara li kienu għelbu lill-Islovenja 17-4. Il-Kampjonat Ewropew tal-LEN ta’ taħt il-15-il sena se jsir bejn l-4 u l-10 ta’ Lulju 2021 f’Loulé, fil-Portugall. It-trofew tal-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal Mejju flimkien ma’ tifkira tal-okkażjoni ġew preżentati lill-14-il plejer tat-tim nazzjonali ta’ taħt il-15-il sena minn Matthew von Brockdorff Managing, Director u Chief Executive Officer ta' Atlas Insurance. Lorraine Cunningham Segretarju Ġenerali u Stephen Azzopardi Amministratur tal-Għaqda Ġurnalisti Sports kienu preżenti wkoll għall-preżentazzjoni. Ir-rebbieħa għal din is-sena 2021 s'issa kienu: Kayden Lagana [...]

24 06, 2021

U15 National Water Polo Team claims the Atlas Youth Athlete of the Month award for May

By |June 24th, 2021|0 Comments

The Malta U15 National Water Polo Team has been awarded the Atlas Youth Athlete of the month Award for May. For the first time ever, this award was given to all team players instead to an individual athlete. The Malta U-15 national team brought further success for Maltese water polo after keeping France at bay to top Group C in the qualification for the LEN Men’s European U-15 Water polo Championships 2021. Even though the boys had an obvious lack of match practice, they won 17-4 against Slovenia and then shared a 10-10 draw with France. The Men’s European U15 Water Polo Championships will be held between the 4th and 11th July 2021 in Loulé, Portugal. The trophy for the May 2021 Atlas Youth Athlete of the Month together with a memento for all players were presented to the 14 U-15 national team players by Matthew von Brockdorff, Managing [...]

15 06, 2021

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tippreżenta tifkira lil Michael Mifsud

By |June 15th, 2021|0 Comments

Kontribuzzjoni ġurnalistika estenssiva miġbura mill-ġurnalist Jesmond Moore ġiet ippreżentata fi frame kommemorattiv lill-eks plejer tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol Michael Mifsud, fl-uffiċju tal-istess għaqda. Il-President Sandro Micallef irrimarka li din il-preżentazzjoni saret wara snin twal ta’ ħbiberija fuq bażi personali u bħala għaqda tirrikonoxxi l-kontribut ta’ Mifsud fil-futbol lokali anki fuq bażi internazzjonali. Min-naħa tiegħu Mifsud irringrazzja mill-qalb lil Sandro Micallef u l-membri l-oħra tal-Għaqda Ġuranlisti Sports għal dan il-ġest ferm sabiħ. Mifsud irringrazzja wkoll lill-ġurnalisti kollha li kull tmiem il-ġimgħa, xemx jew xita jkunu preżenti biex isegwu u jaġġornaw lill-pubbliku dwar il-kompetizzjonijiet tal-futbol lokali kollha. Fi tmiem din il-preżentazzjoni Michael Mifsud iffirma xi memorabilia li parti minnha se tinżamm mill-Għaqda Ġurnalisti Sports, filwaqt li se jkun hemm oħrajn li se jingħataw b’benefiċjenza fil-futur.

Go to Top