stephen

About Stephen Azzopardi

This author has not yet filled in any details.
So far Stephen Azzopardi has created 681 blog entries.
3 10, 2023

Soldarjetà mal-membru Mark Attard

By |October 3rd, 2023|0 Comments

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tagħmel referenza għall-artiklu ppublikat illum fil-ġurnal In-Nazzjon li ma kienx jitratta suġġett sportiv intitolat 'Ma' Alicia Bugeja ma' taħdimx' fil-ħarġa tat-Tlieta 3 ta' Ottubru 2023. Filwaqt li l-Għaqda Ġurnalisti Sports temmen u dejjem kienet favur il-liberta' tal-espressjoni ma tistax taċċetta li ġurnalisti jattakkaw personalment ġurnalisti membri tagħha. Fl-artiklu msemmi s-Sur Mark Attard li għadu attiv fil-media sportiva b'kummentarji regolari fuq l-istazzjon sportiv tal-PBS, ġie attribwit lilu aġġettiv li fl-opinjoni tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u tas-settur tal-media sportiva hu dispreġjattiv u ta' min jikundannah. L-Għaqda Ġurnalisti Sports kienet u se tibqa' favur ġurnaliżmu ħieles u ġurnaliżmu investigattiv u qatt mhu se tidħol fi kwistjonijiet ta' politka partiġjana, iżda l-anqas qatt mhu se taċċetta li membri tagħha jkunu attakkati personalment jew iktar minn hekk ikun hemm tentattiv biex dawn jiġu redikolati. Għaldaqstant l-Għaqda Ġurnalisti Sport qed tistenna li b'mod immedjat tinħareġ apoloġija u kjarifika fil-konfront tal-membru tagħha u qed tirriserva [...]

3 10, 2023

Malta SJA shows solidarity with its member Mark Attard

By |October 3rd, 2023|0 Comments

The Malta Sports Journalists Association (Malta SJA) refers to the article published earlier today (not sports related) in the local newspaper, In-Nazzjon entitled 'Ma' Alicia Bugeja ma' taħdimx' in the edition of Tuesday 3rd October 2023. While the Malta Sports Journalists Association believes and is always in favour of freedom of expression, it will never accept that its members are personally attacked by other journalists. In the previously mentioned article, Mr Mark Attard who is still active in the sports media sector with regular commentaries on PBS’ sport channel, was attributed a phrase that the Malta Sports Journalists Association sees as contemptuous and deplorable. The Malta Sports Journalists Association will always remain in favour of free and investigative journalism and will never be involved in issues related to partisan politics. Nevertheless, the Association will never allow that its members are personally attacked and ridiculed. In the meantime, the Malta Sports [...]

25 09, 2023

Clayton Castaldi jirbaħ it-tieni IZIBET Elite Athlete Award

By |September 25th, 2023|0 Comments

National Lottery plc u l-Għaqda Ġuranlsti Sports, pi pjaċir iħabbru r-rebbieħ tat-tieni unur li qed jingħata lill-atleti Maltin kull xahrejn. L-għan ewlieni tal-IZIBET Elite Athlete Award huwa li jirrikonoxxi s-suċċessi miksuba mill-atleti lokali għax-xhur ta’ Jannar–Frar, Marzu-April, Mejju-Ġunju, Lulju–Awissu, Settembru-Ottubru, u Novembru–Diċembru. Il-bord tal-għażla huwa magħmul minn ġurnalisti u osservaturi sportivi li se jkunu qed jevalwaw bir-reqqa il-kisbiet tal-atleti matul ix-xhur imsemmija aktar qabel u jassiguraw li jkun hemm il-korretezza matul il-proċess kollu tal-għażla. It-tieni unur li jkopri x-xhur ta’ Lulju u Awwissu 2023, ingħata liċ-Champion tad-Dinja tal-Pool Clayton Castaldi. Castaldi rebaħ dan it-titlu wara prestazzjoni mill-aqwa li kellu fil-Kampjonati Dinjija li saru f’Agadir fil-Marokk. Castaldi kien brillanti fil-fażi tal-gruppi u dik eliminatorja, sabiex fil-finali għeleb lill-plejer professjonali Ingliż Josh Kane bl-iskor ta’ 11-9 u ġie nkurunat champion. Franco De Gabriele, Chief Commercial Officer ta’ National Lottery plc qal, "Bħalma għidt fit-tnedija tal-IZIBET Elite Athlete Award, aħna ninsabu kburin [...]

Go to Top