stephen

About Stephen Azzopardi

This author has not yet filled in any details.
So far Stephen Azzopardi has created 681 blog entries.
19 09, 2025

Paul Cachia jinħatar Viċi President tal-Għaqda Ġurnalisti Sport

By |September 19th, 2025|0 Comments

L-Għaqda Ġurnalisti Sport (GħĠS) bi pjaċir tħabbar il-ħatra ta’ Paul Cachia bħala l-Viċi President tagħha. Dan wara li kien hemm qbil unanimu mill-membri kollha eletti tal-Kumitat Ezekuttiv waqt l-ewwel laqgħa li saret ilbieraħ. Cachia li ġab l-aktar ammont ta’ voti mill-membri preżenti waqt il-Laqgħa Annwali Ġenerali li saret il-ġimgħa l-oħra, għandu warajh 30 sena esperjenza fil-ġurnaliżmu sportiv. Huwa jikteb regolarment fit-Times of Malta u huwa wieħed mill-kummentaturi tal-logħbiet tal-Malta Premier League. Fl-irwol ġdid tiegħu, Cachia se jkun qed jassisti lill-President u lill-Kumitat Eżekuttiv sabiex tissaħħaħ il-ħidma tal-Għaqda, iġib il-quddiem l-etika fil-ġurnaliżmu sportiv u jsaħħaħ ir-relazzjonijiet fi ħdan il-komunità sportiva. L-GħĠS tawgura lil Paul Cachia u tħares ‘il quddiem sabiex tgawdi mill-esperjenza u d-dedikazzjoni li għandu x’joffri.

12 09, 2025

Antvin Monseigneur elected as President of the Malta Sports Journalists Association

By |September 12th, 2025|0 Comments

Antvin Monseigneur has been elected as the new President of the Malta Sports Journalists Association. He won the election against the other candidate, Lorraine Cunningham, with 33 votes to 30. Ms Cunningham has been serving as General Secretary of the Association since 2018. The vote took place on Thursday evening during the Association’s elective annual general meeting. Monseigneur takes over from Clinton Buhagiar, who did not run for the election. Buhagiar was appointed President following the resignation from this role of Sandro Micallef last year. During the very well attended AGM a total of 64 members turned up to vote from a total of 113 MSJA card holders. Joanna Camilleri was elected as the new General Secretary, and Stephen Azzopardi was elected as Treasurer. The other six members elected to the Association’s Executive Committee were Paul Cachia, Maria Vella Galea, Carlos Gauci, Matthew Vassallo, Sandro Micallef and Josef Galdes. All [...]

12 09, 2025

Antvin Monseigneur elett bħala President tal-Għaqda Ġurnalisti Sport

By |September 12th, 2025|0 Comments

Antvin Monseigneur ġie elett bħala l-President il-ġdid tal-Għaqda Ġurnalisti Sport wara li rebaħ l-elezzjoni interna mal-l-kandidata l-oħra għal din il-kariga, Lorraine Cunningham, bi 33 vot kontra 30. Is-Sinjura Cunningham kienet ilha tokkupa l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali sa mis-sena 2018. Il-votazzjoni saret il-Ħamis filgħaxija waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali elettiva tal-Għaqda. Monseigneur se jieħu post Clinton Buhagiar li kien appuntat President f’dawn l-aħħar xhur wara r-riżenja ta’ Sandro Micallef minn din il-kariga s-sena l-oħra. Matul din il-Laqgħa Ġenerali Annwali attendew 64 membru minn total ta’ 113-il persuna li huma membri mħallsa tal-GħĠS. Joanna Camilleri ġiet eletta bħala Segretarju Ġenerali filwaqt li Stephen Azzopardi ġie elett bħala Teżorier. Is-sitt membri l-oħra eletti fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda kienu Paul Cachia, Maria Vella Galea, Carlos Gauci, Matthew Vassallo, Sandro Micallef u Josef Galdes. L-uffiċjali u l-membri tal-kumitat eżekuttiv se jservu għal mandat ta’ erba’ snin li jintemm f’Awwissu 2029. Ir-riżultati uffiċjali tal-elezzjoni kienu hekk: President Lorraine [...]

Go to Top