stephen

About Stephen Azzopardi

This author has not yet filled in any details.
So far Stephen Azzopardi has created 681 blog entries.
25 11, 2022

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tingħaqad ma’ Joanna Camilleri b’rapport uffiċjali lill-Pulizija

By |November 25th, 2022|0 Comments

L-Għaqda Ġurnalisti Sports ilbieraħ ingħaqdet mal-ġurnalista Joanna Camilleri f'rapport li sar lill-Pulizija wara d-diversi kummenti sessisti, malafamanti u fosthom meqjusa wkoll bħala 'Hate Speech' li ċċirkolaw fuq diversi mezzi soċjali wara programm fuq l-istazzjonijiet tal-PBS dwar it-Tazza tad-Dinja 2022. L-Għaqda Ġurnalisti Sports timxi bil-fatti u kif imwiegħed ingħaqdet permezz tal-President tagħha Sandro Micallef b'rapport kunġunt mal-ġurnalista u preżentatriċi Camilleri b'turija ta' solidarjeta u appoġġ assolut. 'Huwa ta' għajb li għad hawn nies jippruvaw jirredikolaw individwi u jaħsbu li ħadd ma' jista' għalihom għaliex jiktbu fuq il-mezzi soċjali, dan il-każ għandu jservi ta' tagħlima lill-keyboard heroes kollha'' qal Sandro Micallef. L-Għaqda Ġurnalisti Sports qalet li mhux se tkun qed tikkumenta iktar dwar dan il-każ u se tħalli l-proċċess jieħu l-perkors tiegħu, hekk kif għandha fiduċja sħiħa fil-Pulizija u fil-Qrati Maltin sabiex issir ġustizzja kif xieraq ma' dawn l-individwi.

24 11, 2022

The Malta Sports Journalists Association condemns personal attacks towards sports journalist Joanna Camilleri

By |November 24th, 2022|0 Comments

The executive committee of the Malta Sports Journalists Association categorically condemns the personal attacks that have been addressed to TVM Sport journalist Joanna Camilleri over the past few days. The Malta Sports Journalists Association also condemns all comments described as malicious and personal attacks and retains its position that hate speech is not tolerated in today's society. It is sad to note that individuals behind their keyboard try to ridicule the work of sports journalists, especially in this case, a female sports journalist who was rightfully doing her job. The Malta Sports Journalists Association encourages other individuals and organisations to join the association in such condemnation. The Malta Sports Journalists Association is in constant contact with its member Joanna Camilleri at this moment and is offering all the necessary assistance.

22 11, 2022

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tikkundanna l-attakki personali fuq il-ġurnalista Joanna Camilleri

By |November 22nd, 2022|0 Comments

Stqarrija għall-Istampa illum 22 ta' Novembru 2022 L-Għaqda Ġurnalisti Sports tikkundanna l-attakki personali fuq il-ġurnalista Joanna Camilleri L-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sport jiddeplora bla ebda riservi l-attakki personali li saru u għadhom qed isiru fil-konfront tal-ġurnalista ta' TVMSport Joanna Camilleri. L-Għaqda Ġurnalisti Sports tikkundanna l-kitbiet dispreġjattivi li saru fil-konfront ta' din il-ġurnalista fuq il-mezzi soċjali. Huwa ta' għajb li għad hawn nies li minn wara l-keyboards tagħhom jaħsbu li għandhom id-dritt jiżżufjettaw, jintimidaw u jippruvaw ikissru ġurnalisti sportivi u wisq iktar ġurnalisti sportivi nisa waqt xogħolhom. L-Għaqda Ġurnalisti Sports tħeġġeġ lil kull min għandu vuċi speċjalment l-individwi u organizazzjonijiet ta' rieda tajba sabiex jingħaqdu magħha u jikkundannaw dan il-'hate speech' viljakk. L-ogħla uffiċjali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports qegħdin f'kuntatt mal-ġurnalista Camilleri fejn qed jagħtu l-assistenza kollha neċċessarja.

Go to Top