Stqarrija għall-Istampa
illum 22 ta’ Novembru 2022
L-Għaqda Ġurnalisti Sports tikkundanna l-attakki personali fuq il-ġurnalista Joanna Camilleri
L-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sport jiddeplora bla ebda riservi l-attakki personali li saru u għadhom qed isiru fil-konfront tal-ġurnalista ta’ TVMSport Joanna Camilleri.
L-Għaqda Ġurnalisti Sports tikkundanna l-kitbiet dispreġjattivi li saru fil-konfront ta’ din il-ġurnalista fuq il-mezzi soċjali. Huwa ta’ għajb li għad hawn nies li minn wara l-keyboards tagħhom jaħsbu li għandhom id-dritt jiżżufjettaw, jintimidaw u jippruvaw ikissru ġurnalisti sportivi u wisq iktar ġurnalisti sportivi nisa waqt xogħolhom.
L-Għaqda Ġurnalisti Sports tħeġġeġ lil kull min għandu vuċi speċjalment l-individwi u organizazzjonijiet ta’ rieda tajba sabiex jingħaqdu magħha u jikkundannaw dan il-‘hate speech’ viljakk.
L-ogħla uffiċjali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports qegħdin f’kuntatt mal-ġurnalista Camilleri fejn qed jagħtu l-assistenza kollha neċċessarja.