Is-Sibt qabel il-logħba bejn Ħamrun Spartans u Gżira United saret il-preżentazzjoni tat-trofew tat-Tim tas-Sena lil Ħamrun Spartans.

Ħamrun Spartans rebħu l-unur tat-Tim tas-Sena fl-aħħar edizjoni ta’ SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali organiżżata mill-Għaqda Ġurnalisti Sports flimkien ma’ SportMalta. Din l-edizzjoni kienet tkopri l-perjodu tas-sena 2022.

Il-Preżentazzjoni tat-trofew saret minn Sandro Micallef President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports lill-captain ta’ Ħamrun Spartans Steve Borg fil-preżenza tat-tim kollu.

Din kienet biss it-tielet darba li tim tal-futbol rebaħ l-unur tat-tim tas-Sena fl-Isportivi Nazzjopnali. Fil-passat rebħu dan l-unur Sliema Wds fl-1996 u Valletta FC fl-1997.

Ir-rebbieħa kollha tal-unur Tim tas-sena sa min meta ġie introdott dan l-unur kienu dawn:

1995 Sparar – Commonwealth Games Trap Team
1996 Football – Sliema Wanderers FC
1997 Football – Valletta FC
1998 Water Polo – Sliema Aquatic Sports Club
1999 Squash – Tim Nazzjonali Nisa
2000 Water Polo- Sirens Aquatic Sports Club
2001 Ibburdjar – Strait Dealer crew
2002 Waterpolo – Tim Nazzjonali ‘A’
2003 Basketball – Tim Nazzjonali Nisa
2004 Rugby – Tim Nazzjonali ‘A’
2005 Snooker – Tim Nazzjonali ‘A’
2006 Powerboats – Chaudron Team
2007 Football – Tim Nazzjonali ‘A’
2008 Powerboats – Chaudron Team
2009 Basketball – Tim Nazzjonali Nisa
2010 Table Football – Tim Nazzjonali Rġiel
2011 Rugby – Tim Nazzjonali ‘A’
2012 Mr. Whippy – Drag Racing Team
2013 Water Polo – Tim Nazzjonali ‘A’
2014 Water Polo – Tim Nazzjonali ‘A’
2015 Water Polo – Tim Nazzjonali ‘A’
2016 Football – Tim Nazzjonali u/21 (revokat)
2017 Water Polo – San Ġiljan ASC
2018 Basketball – Tim Nazzjonali Rġiel
2019 Ibburdjar  – Elusive II
2020 Football – Tim Nazzjonali Nisa
2021 Water Polo – Tim Nazzjonali Rġiel u/15

Ritratti: Jonathan Bugeja, Walter Sargent u Matthias Brancaleone