Il-Ġimgħa 24 ta’ Settembru 2021 – Maltco Lotteries kompliet turi l-apprezzament tagħha lejn it-talent lokali billi ppremjat b’għajnuna finanzjarja lir-rebbieħa tal-iSportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali.  Din hija d-disa’ sena konsekuttiva li l-operatur tal-Lotteija Nazzjonali qed joħroġ b’din l-inizjattiva. L-atleti lokali kienu ġew ippremjati fil-kategoriji rispettivi tagħhom fit-13 ta’ Marzu li għadda waqt l-iSportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali organizzati minn SportMalta flimkien mal-Għaqda Ġurnalisti Sports.

Is-sapport kontinwu li tagħti l-kumpanija Maltco Lotteries ġie affermat mis-CEO, Vasileios Kasiotakis. “L-isport huwa pilastru ewlieni fil-programm ta’ matul is-sena u bħala kumpanija nħossuna kommessi u kburin li nissaportjaw dan l-avveniment prestiġġjuż. L-għajnuna finanzjarja mogħtija direttament lir-rebbieħa hija l-konferma li Maltco Lotteries huwa mpenjat lejn l-isport lokali u jinkoragixxi u jinċentiva lil dawn l-atleti rebbieħa biex jimxu l-quddiem fil-karriera sportiva tagħhom.”

Il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports, Sandro Micallef irringrazzja lil Maltco Lotteries għas-sapport kontinwu tagħhom mhux biss fl-iSportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali imma għas-sehem kontinwu tagħhom biex jgħinu l-isport lokali.

Dawn huma r-rebbieħa li bbenifikaw mill-għajnuna finanzjarja ta’ Maltco Lotteries:

  • L-Isportiv tas-Sena – DEJAN GRECH (Eight Ball Pool)
  • L-Isportiva tas-Sena – HALEY BUGEJA (Football)
  • Iż-Żagħżugħ tas-Sena – RICHARD SCHULTHEIS (Sailing)
  • Iż-Żagħżugħ tas-Sena – TENISHIA THORNTON (Weightlifting)
  • It-Tim tas-Sena – MALTA NATIONAL FEMALE FOOTBALL TEAM (Football)
  • Il-Kowċ tas-Sena – DEVIS MANGIA (National Men Football Team Coach)
  • L-Uffiċjal tas-Sena – JOSEPH MUSCAT (General Secretary Malta Basketball Association)

Din il-preżentazzjoni saret nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Settembru fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera.

Maltco Lotteries jifraħ lir-rebbieħa għax-xogħol u d-dedikazzjoni tagħhom u jawguralhom kull success fil-karriera bħala atleti lokali u jħeġġeġ atleti oħra li jinvestu fil-karriera sportiva.