Atlas Atleta Żagħżugħ/a tas-Sena 2021 – Votazzjoni Pubblika fuq Facebook
L-Għaqda Ġurnalisti Sport u Atlas Insurance se jniedu uffiċjalment il-votazzjoni pubblika għall-Premju tal-Atlas Atleta Żagħżugħ/a tas-Sena 2021. Din il- votazzjoni se ssir bejn l-14 u s-26 ta’ Jannar 2022. L-atleti żgħażagħ li rebħu l-premju tax-xahar matul is-sena 2021 issa se jissieltu bejniethom għall-premju prestiġjuz annwali permezz tal-voti tal-panel ta’ ġurnalisti u l-voti tal-pubbliku ġenerali. Il-voti tal-ġurnalisti se jġorru 60% tal-votazzjoni filwaqt li l-voti tal-pubbliku ġenerali se jġorru 40% tal-vot li jkun jista’ jsir permezz tal-paġna fuq Facebook ta’ Atlas Insurance: https://www.facebook.com/atlasmalta/ L-atleti eliġibli għall- Atlas Atleta Żagħżugħ/a tas-Sena 2021 huma: Kayden Lagana (Tenpin Bowling) – Jannar Francesca Curmi (Tennis) – Frar Mya Azzopardi (Għawm) – Marzu Jeremy Zammit (Atletika Long Jump) – April & Lulju Malta U-15 Team Nazzjonali waterpolo irġiel– Mejju Sasha Gatt (Għawm) – Ġunju Malta U-17 Team Nazzjonali waterpolo nisa – Awwissu Zea Montfort (Għawm Artistiku)– Settembru Lijana Sultana (Squash) – Ottubru Matti Satariano (Darts) – Novembru [...]