Home Page

27 05, 2019

Kungress f’għeluq il-110 Anniversarju tal-għaqda ġurnalisti sport tal-Ungerija

By |May 27th, 2019|0 Comments

F’kungress li sar f’Budapest fi tmiem il-ġimgħa, f’għeluq il-110 Anniversarju tal-għaqda ġurnalisti sport tal-Ungerija, Malta pparteċipat u kienet attiva matul it-tliet ijiem. Waħda mill-attivitajiet li saru kienet il-konferenza bl-isem ‘Empowering women in Sport and Media’. Kienu bosta personalitajiet interessanti li qasmu l-esperjenza tagħhom bħala eks atleti femminili kif ukoll bħala ġurnalisti sportivi nisa li għadhom attivi fil-pajjiżi differenti. Fosthom tkellmet Karoline Zobernig ġurnalista mill-Awstrija u nominata bħala l-aqwa ġurnalista sportiva fl-Awstrija. Hija sostnit dwar l-importanza li n-nisa jitkellmu bil-vuċi tagħhom u jingħataw spazju li jgħidu u jistaqsu dak li jixtiequ fil-programmi sportivi. Mill-Uganda tkellmet Ritah Aliguma personalità pjuttost popolari fl-amministrazzjoni tal-Midja Sportiva fl-istess pajjiż. Hija wkoll mara li qiegħda taħdem u tgħin fl-iżvilupp tal-isport kif ukoll għad-drittijiet tan-nisa fl-Afrika permezz ta’ The Aliguma Foundation. Tkellmet ukoll Adrienn Csepely ġurnalista sportiva fl-Ungerija kif ukoll membru fil-kummissjoni tan-nisa tal-futbol. Saħqet dwar l-importanza li n-nisa fl-isport ikunu dejjem kburin b’dak li jwettqu fil-qasam [...]

30 04, 2019

Courtesy visit by the Institute of Maltese Journalists to H.E. George Vella, President of Malta

By |April 30th, 2019|0 Comments

The Council of the Institute of Maltese Journalists had a courtesy meeting with H.E. George Vella, President of Malta at the Palace, Valletta. In his introductory comments, IGM chairman Yannick Pace congratulated Mr Vella on his appointment as President earlier this month. Mr Pace state that IĠM is committed in bringing people within the media sector together while promoting the best ethical and other journalistic practices. IĠM’s Chairman said that the Institute will be implementing an international code of ethics that shall be ratified by all journalistic associations within the International Federation of Journalists (IFJ) during the latter’s annual congress in June. In his inaugural speech, President Vella emphasised the need for the country to work towards national unity, a sentiment the IĠM wholeheartedly agrees with. The institute believes that this should also apply to the media. While it is to be expected and encouraged for various organisations to have [...]

25 03, 2019

Ċentru Sportiv fis-Siġġiewi msemmi għal John Debattista eks uffiċjal tal-Għaqda Ġurnalisti Sports

By |March 25th, 2019|0 Comments

Il-Kummunità Sportiva tas-Siġġiewi s-Sibt filgħodu ngħaqdet għall-avveniment  uniku hekk kif iċ-ċentru sportiv tal-lokalità ingħata l-isem John Debattista Siġġiewi Sports Complex. Kienet okażjoni unika hekk kif diversi nies li ħadmu mill-viċin ma' John Debattista tul ħajtu f'diversi setturi kellhom l-opportunità li jiltaqgħu mal-familjari tiegħu u jfakkru l-ħidma li għamel b'risq il-kommunità sportiva tas-Siġġiewi, fi ħdan l-Għaqda Kittieba Sports (illum Għaqda Ġurnalisti Sports) u f'diversi setturi oħra volontarji li John kien involut. Preżenti fost oħrajn is-Sindku tas-Siġġiewi Dr Alessia Psaila Zammit, kunsilliera mil-istess lokalità, l-kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Isport l-Inġinier Ryan Callus, Carmelo Aquilina li ħadem ma' John biex jitwaqqaf il-Club tal-Basketball u Charles Camenzuli President tal-AIPS Europe li ħadem għal snin twal ma' John Debattista fl-assoċjazzjoni tal-ġurnalisti tal-isport. Preżenti wkoll uffiċjali tas-Siġġiewi FC, Siġġiewi FC Nursery, Siġġiewi Basketball Club u Siġġiewi Rowing Club li kollha ingħaqdu mal-familja estiża ta' John li kienu preżenti nkluż l-armla tiegħu s-Sinjura Vivienne Debattista. Sa minn ġimgħat [...]

11 03, 2019

SportMalta Awards Winners meet H.E. the President of Malta

By |March 11th, 2019|0 Comments

On Thursday 7th March in the afternoon the winners of the 59th edition of the SportMalta Awards were invited to meet H.E. The President of Malta Marie Louise Coleiro Preca at San Anton Palace. These athletes were accompanied by the Chairman of the Organising Committee and CEO of SportMalta Mark Cutajar as well as The President and General Secretary of The Malta Sports Journalists Association Sandro Micallef and Lorraine Cunningham. Also present was the Parliamentary Secretary for Youth, Sport and Voluntary Organisations Hon. Clifton Grima as well as the Opposition’s Speaker for Sport Hon. Ryan Callus. Both Mark Cutajar and Sandro Micallef thanked H.E. for finding time to meet these winners who have made our Nation proud with their sporting success whilst their achievements were recognised with the honours won during the SportMalta Awards ceremony. SportMalta and The Malta Sports Journalists Associations also took the occasion to thank H.E. Marie [...]

Go to Top