Home Page

5 07, 2021

The winners of the 61st edition of the SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali finally get hand on coveted trophies

By |July 5th, 2021|0 Comments

Recently some of the winners of the 61st edition of the SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali could get hand on the coveted trophies. The presentation was held in presence of the last edition’s sponsors at the Malta Sports Journalists Association’s office. The 61st edition was a unique one due to the Covid19 pandemic situation, with a virtual ceremony thus without finalists and guests. The follwing trophies were given: Sports Team of the Year – MALTA NATIONAL FEMALE FOOTBALL TEAM (Football) Sports Coach of the Year – DEVIS MANGIA (National Men Football Team Coach) Sports Official of the Year – JOSEPH MUSCAT (General Secretary Malta Basketball Association) People’s Choice Award  - MARK MARLOW (President Malta Employees Sport Association) Special Olympics Male Athlete Award – MARK SERGE (Ten Pin Bowling) Special Olympics Female Athlete Award – KLARA ZAMMIT (Open Water Swimming). The following remaining winners will be invited in other seperate presentations: [...]

5 07, 2021

Bdew jitqassmu t-trofej lir-rebbieħa tal-61 edizzjoni tal-iSportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali

By |July 5th, 2021|0 Comments

Ftit tal-ġranet ilu, uħud mir-rebbieħa tal-61 edizzjoni tal-iSportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali, flimkien mal-isponsors, ġew mitluba jattendu għall-preżentazzjoni qasira fl-uffiċju tal-Għaqda Ġurnalisti Sports. Is-serata finali li kienet saret nhar is-Sibt 13 ta’ Marzu, ma setgħetx issir bħas-soltu fil-preżenza ta’ dawk kollha involuti u ma setgħux jingħataw it-trofej lir-rebbieħa. L-unuri mqassma kienu: Tim tas-Sena – TIM NAZZJONALI TAL-FUTBOL TAN-NISA (Futbol) Kowċ tas-Sena – DEVIS MANGIA (Coach Tim Nazzjonali tal-Futbol Irġiel) Uffiċjal tas-Sena – JOSEPH MUSCAT (Segretarju Ġenerali Malta Basketball Association) People’s Choice Award – MARK MARLOW (President Malta Employers Sport Association) Unur Special Olympics Atleta Maskili – MARK SERGE (Ten Pin Bowling) Unur Special Olympics Atleta Femminili – KLARA ZAMMIT (Għawm). Fil-ġranet li ġejjin se jsiru preżentazzjonijiet oħra għall-kumplament tar-rebbieħa li huma: L-Isportiv tas-Sena – DEJAN GRECH (Eight Ball Pool) L-Isportiva tas-Sena – HALEY BUGEJA Iż-Żagħżugħ tas-Sena – RICHARD SCHULTHEIS (Ibburdjar) Iż-Żagħżugħa tas-Sena – TENISHIA THORNTON (Weightlifting) L-Avveniment Internazzjonali tas-Sena – [...]

24 06, 2021

It-tim nazzjonali ta’ taħt il-15-il sena tal-Water Polo rebbieħ tal-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal Mejju

By |June 24th, 2021|0 Comments

It-tim nazzjonali ta’ taħt il-15-il sena tal-Water Polo ingħata l-unur tal-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal Mejju. Għall-ewwel darba kemm ilu jingħata dan il-premju, ġie magħżul tim minflok atleta individwali. It-tim nazzjonali ta’ taħt il-15-il sena tal-Water Polo ġab suċċess ieħor għall-water polo f’pajjiżna meta kkwalifika bl-ewwel post fi Grupp Ċ għall-fażi finali tal-Kampjonat Ewropew tal-LEN. Minkejja n-nuqqas ta’ logħob kompetittiv, spiċċaw fi dro ta’ 10-10 kontra Franza wara li kienu għelbu lill-Islovenja 17-4. Il-Kampjonat Ewropew tal-LEN ta’ taħt il-15-il sena se jsir bejn l-4 u l-10 ta’ Lulju 2021 f’Loulé, fil-Portugall. It-trofew tal-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal Mejju flimkien ma’ tifkira tal-okkażjoni ġew preżentati lill-14-il plejer tat-tim nazzjonali ta’ taħt il-15-il sena minn Matthew von Brockdorff Managing, Director u Chief Executive Officer ta' Atlas Insurance. Lorraine Cunningham Segretarju Ġenerali u Stephen Azzopardi Amministratur tal-Għaqda Ġurnalisti Sports kienu preżenti wkoll għall-preżentazzjoni. Ir-rebbieħa għal din is-sena 2021 s'issa kienu: Kayden Lagana [...]

Go to Top