News

13 06, 2022

Mireya Cassar tirċievi t-trofew tal-Atlas Atleta Żagħżuha tax-Xahar għal April 2022

By |June 13th, 2022|0 Comments

Atlas Insurance ħejjew preżentazzjoni għal Mireya Cassar (Hammer Throw) li rebħet l-Atlas Atleta Żagħżugħa tax-Xahar għal April 2022. Minħabba li bħalissa Cassar qed titħarreġ b'mod professjonali fil-Ġermanja, Atlas Insurance flimkien mal-Għaqda Ġurnalisti Sports kellhom jistennew il-wasla tagħha f’Malta, sabiex tirrappreżenta lill-pajjiżna fil-Kampjonati tal-Atletika tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Il-preżentazzjoni uffiċjali ta’ dan it-trofew u l-vawċer ta’ abiljament sportiv abbinat ma’ dan il-premju ingħataw lil Mireya Cassar minn Robert Micallef, Chief Commercial Officer ta' Atlas Insurance. F’isem l-Għaqda Ġurnalisti Sports kien hemm preżenti l-President Sandro Micallef. Dan il-premju ta' kull xahar jingħata b'inizjattiva konġunta tal-Għaqda Ġurnalisti Sports flimkien ma' Atlas Insurance. Il-panel li jiġġudika r-rebbieħa ta' dan il-premju jieħu nota tas-suċċessi miksuba matul dak ix-xahar u fl-istess ħin jistieden lill-assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet sportivi sabiex jibagħtu n-nomini tagħhom. In-nominati li jiġu evalwati jridu jkunu taħt il-21 sena. Ir-rebbieħa ta’ kull xahar huma eliġibli għall-premju annwali. In-nominazzjonijiet għandhom jaslu b’imejl lil info@maltasportsjournalists.com. Ir-regolamenti ta’ dan l-unur [...]

13 06, 2022

Mireya Cassar receives the Atlas Youth Athlete of the Month trophy for April 2022

By |June 13th, 2022|0 Comments

Atlas Insurance hosted a presentation for hammer thrower Mireya Cassar who was awarded the Atlas Youth Athlete of the Month Award for the month of April 2022. Due to Cassar’s undergoing professional training in Germany, Atlas Insurance and the Malta Sports Journalists Association had to wait for her arrival in Malta to represent our country for the Athletics Championships for Small States of Europe. This official presentation of the award and the sports apparel voucher were presented to Mireya Cassar by Robert Micallef, Chief Commercial Officer of Atlas Insurance. The Malta Sports Journalists Association was represented by President Sandro Micallef. This monthly award is a joint initiative of the Malta Sports Journalists Association and Atlas Insurance. The adjudicating panel of this award takes note of all the youths' achievements of the month under review and at the same time it invites local sport associations and federations to send in their [...]

2 06, 2022

L-Għaqda Ġurnalisti Sport isellem il-memorja ta’ Charles Mock

By |June 2nd, 2022|0 Comments

Il-membri kollha tal-Għaqda Ġurnalisti Sport flimkien mal-Eżekuttiv isellmu l-memorja ta’ Charles Mock li ħalla din id-dinja aktar kmieni llum, fl-età ta’ 85 sena. Charles Mock kien eks plejer tal-water polo għal diversi snin u anki kowċ f’dan l-isport, fejn mexxa diversi klabbs f’Malta. Hu kien membru wkoll tal-Għaqda Ġurnalisti Sport għal diversi snini, hekk kif kellu interess kbir fil-ġurnaliżmu sportiv. Fil-passat Charles Mock ħadem fil-midja ma’ diversi stazzjonijiet, fosthom tar-radju fejn kien jirraporta mhux biss il-waterpolo imma anki l-futbol lokali u internazzjonali. L-Għaqda Ġurnalisti Sport twassal il-kondoljanzi lill-familja ta’ Charles Mock. Dettalji tal-funeral se jingħataw mill-familja fis-sigħat li ġejjin.

2 06, 2022

Malta Sports Journalists Association pays tribute to Charles Mock

By |June 2nd, 2022|0 Comments

The Executive Committee of the Malta Sports Journalists Association together with all its members pay tribute to Charles Mock, who passed away earlier today at the age of 85 years. Charles Mock played water polo for various years and coached various clubs in Malta. He was a member of the Malta Sports Journalists Association for many years, as he was very keen on sports journalism. In the past, Charles Mock worked in the media sector with different stations, mainly radio stations, where he covered not only water polo but also local and international football. The Malta Sports Journalists Association Sends its condolences to Charles Mock’s family. Further details about the funeral will be announced by Mock’s family at a later stage.

Go to Top