Il-membri kollha tal-Għaqda Ġurnalisti Sport flimkien mal-Eżekuttiv isellmu l-memorja ta’ Charles Mock li ħalla din id-dinja aktar kmieni llum, fl-età ta’ 85 sena.

Charles Mock kien eks plejer tal-water polo għal diversi snin u anki kowċ f’dan l-isport, fejn mexxa diversi klabbs f’Malta. Hu kien membru wkoll tal-Għaqda Ġurnalisti Sport għal diversi snini, hekk kif kellu interess kbir fil-ġurnaliżmu sportiv. Fil-passat Charles Mock ħadem fil-midja ma’ diversi stazzjonijiet, fosthom tar-radju fejn kien jirraporta mhux biss il-waterpolo imma anki l-futbol lokali u internazzjonali.

L-Għaqda Ġurnalisti Sport twassal il-kondoljanzi lill-familja ta’ Charles Mock. Dettalji tal-funeral se jingħataw mill-familja fis-sigħat li ġejjin.