News

12 10, 2022

Lijana Sultana tirbaħ l-Atlas Atleta Żagħżugħa tax-Xahar għal Settembru

By |October 12th, 2022|0 Comments

Lijana Sultana ngħatat l-unur tal-Atlas Atleta Żagħżugħa tax-Xahar għal Settembru. Il-plejer Maltija tal-isquash kisbet riżultat mill-aqwa meta fl-Awstralja rebħet il-Kampjonati Nazzjonali Awstraljani tat-tfajliet ta' taħt is-17-il sena. L-Australian Junior Championships huwa l-ogħla avveniment fejn jidħlu kompetizzjonijiet nazzjonali għaż-żgħażagħ fl-Awstralja.  Madwar 200 atleta minn diversi stati u territorji minn madwar l-Awstralja kollha, ħadu sehem fil-kategoriji tal-etajiet rispettivi tagħhom. Sabiex waslet f'Perth, fil-Punent tal-Awstralja, fejn ġew organizzati dawn il-kampjonati, Lijana kellha tieħu titjira interna ta' 6 sigħat minn Brisbane (fejn hija allokata), li jiġi fuq ix-xaqliba l-oħra tal-Awstralja. Għal Sultana dan huwa t-tieni titlu maġġuri minn kemm ilha qiegħda l-Awstralja Jannar li għadda, fejn qed tkompli titħarreġ fil-Bradley Hindle Art of Squash Academy. F'April rebħet l-Australian Junior Open, avveniment ieħor platinum fil-kalendarju tal-isquash fl-Awstralja. Il-preżentazzjoni uffiċjali tat-trofew tal-Atlas Atleta Żagħżugħa tax-Xahar u l-vawċer ta’ abbiljament sportiv abbinat ma’ dan il-premju ser jingħataw aktar ’il quddiem peress li Lijana tinsab barra mill-pajjiż. [...]

4 10, 2022

Charles Camenzuli confirmed as President of AIPS Europe

By |October 4th, 2022|0 Comments

Charles Camenzuli has been reconfirmed as President of AIPS Europe which is the European branch of the International Sport Media Association. Camenzuli was reconfirmed in this role after he won an election over French candidate Marc Ventouillac from the newspaper L’Equipe with 26 votes to 13. This election was held on Tuesday morning during the opening of the 84th AIPS Congress being held in Rome Italy. A total of 39 countries were eligible to vote whilst several others were also attending as observers. In his first comments, Charles Camenzuli thanked all those that supported his candidature to continue as President whilst also emphasising that he is the President for all European Countries even those that had supported his opponent Marc Ventouillac. The Executive Committee of the Malta Sports Journalists Association expressed its satisfaction for this result which carries a great responsibility not only by its Honorary President Charles Camenzuli [...]

4 10, 2022

Charles Camenzuli kkonfermat bħala President tal-AIPS Europe

By |October 4th, 2022|0 Comments

Charles Camenzuli reġa’ ġie kkonfermat fil-kariga ta’ President tal-AIPS Europe, l-fergħa Ewropeja tal-AIPS li hija l-Federazzjoni Internazzjonali tal-Midja Sportiva. Camenzuli ġie konfermat fil-kariga wara elezzjoni li huwa rebaħ b’26 vot għal 13 mill-kontestant Franċiż Marc Ventouillac tal-ġurnal l’Equipe. L-elezzjoni saret it-Tlieta filgħodu waqt l-Assemblea Ġenerali tal-AIPS Europe fl-istess ġurnata li fetaħ l-84 Kungress tal-AIPS li qed isir f’Ruma l-Italja. B’kollox kienu 39 pajjiż Ewropew eliġibbli li jivvutaw u bħala osservaturi kien hemm diversi pajjiżi oħra li wkoll qed jattendu dan il-Kungress. Fl-ewwel kummenti tiegħu lil dawk preżenti Charles Camenzuli rringrazzja lill-pajjiżi kollha li tawh il-fiduċja biex ikompli jmexxi u emfasizza li hu se jkun jerġa l-President tal-pajjiżi Ewropej kollha nkluż dawk li appoġjaw il-kandidatura ta’ Ventouillac. Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports esprima s-sodisfazzjon għal dan ir-riżultat li jitfa’ responsabbilità mhux biss fuq il-President Onorarju Charles Camenzuli iżda fuq l-Assoċjazzjoni Maltija. Fil-Kungress Malta hija rrapreżentata mill-President Sandro Micallef, is-Segretarju Ġenerali [...]

13 09, 2022

Malta Men’s U16 Water Polo Team wins the Atlas Youth Athlete of the Month Award for August

By |September 13th, 2022|0 Comments

Malta Men’s U16 Water Polo Team has been awarded the Atlas Youth Athlete of the Month Award for the month of August 2022. This is the third time that the award has been given to a team instead of an individual athlete. The Maltese youngsters made history with their first participation in the World Championships in Volos, Greece. They stunned the more-quoted United States side 10-7 in the opener and sealed top spot in the group with a 13-3 hammering of Kazakhstan. They bounced back from their 13-8 defeat to Turkey with an 8-6 win against the Egyptians and moved into the semi-finals of the Gold Group, where they re-matched against the United States. Even though they lost 10-7 against the United States, they settled for fourth place in the Gold Group after losing 9-7 to Brazil. Still, it’s a remarkable result for them as they ended their commitments [...]

Go to Top