L-Għaqda Ġurnalisti Sport tilħaq ftehim mal-Malta Football Association għal aktar kollaborazzjoni
Il-Malta Football Association u l-Għaqda Ġurnalisti Sport jinfurmaw li laħqu ftehim fil-prinċipju ta’ aktar kollaborazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet bil-għan li l-ġurnaliżmu sportiv ikompli jitkattar u favur li l-membri tal-għaqda jingħataw sostenn permezz ta’ beniffiċji varji. F’laqgħa li saret fil-Kwartieri tal-MFA u li għaliha attendew Bjorn Vassallo u Dr Maria Azzopardi, President u Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol u Clinton Buhagiar u Lorraine Cunningham, President u Segretarju Ġenerali tal-GĦĠS, kienu diskussi numru ta’ temi ta’ rilevanza għaż-żewġ partijiet. Fost il-benefiċċji diskussi hemm dik relatata mal-fotografi fil-kategorija ‘Freelance’ fejn b’mod immedjat il-Malta FA aċċettat li tirrinunzja li żżomm il-miżata annwali ta’ €200 li kienet tkopri akkreditazzjoni għall-kompetizzjonijiet tal-kbar u l-miżata annwali ta’ €75 li kienet tkopri akkreditazzjoni għall-kompetizzjonijiet taż-żgħar. Minflok u grazzi għal dan l-arranġament ġdid, l-akkreditazzjoni tinħareġ abbażi ta’ ħlas ta’ garanzija u liema ħlas jiġi rimborsat fl-aħħar tal-istaġun, suġġett għal numru ta’ termini u kundizzjonijiet wara li din tinżamm bħala garanzija matul [...]



