Tenishia Thornton tirbaħ l-Atlas Atleta Żagħżugħa tas-Sena 2022
Wara li rebħet l-unur tal-Atlas Atleta Żagħżugħa tax-Xahar għal Ġunju, il-weightlifter żagħżugħa Tenishia Thornton rebħet l-Atlas Atleta Żagħżugħa tas-Sena 2022. Hija rebħet dan l-unur prestiġġjuż wara votazzjoni minn panel ta’ tliet ġurnalisti mħallta mal-votazzjoni tal-pubbliku, li saret onlajn matul dawn l-aħħar ġimgħat. Fit-tieni post overall ta’ dan l-unur spiċċaw il-long jumper Jeremy Zammit u l-qaddief paralimpipiku Nick Mercieca. L-ewwel unur annwali li kien fis-sena 2020 kien intrebaħ ukoll mill-weightlifter Tenishia Thornton, bil-plejer tal-futbol Haley Bugeja u l-ġinnasta Tara Vella Clark li kienu ġew bħala runners up. Il-weightlifter Maltija ta’ 16-il sena, irnexxilha tirbaħ tliet midalji tad-deheb u spiċċat fl-ewwel post ġenerali fil-kategorija tal-55kg tal-Kampjonati Dinjija taż-Żgħażagħ IWF li saru f’Ġunju f’Leon, il-Messiku. Thornton kienet qed tieħu sehem fil-kategorija tal-55 kilogramma fejn irnexxilha terfa’ 78 kilogramma fis-snatch, 100 kilogramma fil-clean & jerk għal total ta’ 178 kilogramma u kisbet rekord ġdid fil-Commonwealth u ieħor nazzjonali. F’Novembru, Thornton rebħet ukoll bħala [...]

