L-Għaqda Ġurnalisti Sports b’seminar immirat għan-nisa fil-midja sportiva
L-Għaqda Ġurnalisti Sports (GħĠS) bi pjaċir tikkonferma li se tkun qed torganizza seminar li se jsir nhar is-Sibt, 21 ta’ Ottubru 2023 bl-isem 'Training Women Sports Journalists / Reporters to work more at ease in the Sports Media industry’. L-għanijiet prinċipali ta’ dan is-seminar huma aktar nisa jitħajjru jidħlu fl-industrija tal-midja sportiva kif ukoll jgħin lil dawk in-nisa li qed jaspiraw li jkunu ġurnalisti sportivi sabiex jaħdmu f’ambjent aktar komdu. Uħud mill-aqwa ġurnalisti sportivi nisa Maltin flimkien ma diversi nisa Maltin oħra nvoluti fl-isport lokali se jkunu qed jaqsmu l-esperjenzi tagħhom f'dan is-semimar li hu l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu li qatt ġie organizzat f'pajjiżna dedikat għal dan is-suġġett. Fost il-kelliema barranin hemm Zsuzsa Csisztu li hija ġurnalista sportiva famuża fl-Ungerija, tikteb regolarment fuq 'Mandiner' u hija wkoll prezentattriċi regolari fuq l-istazzjon televiżiv 'Spiler Sports'. Csisztu hija wkoll avukat li tispeċjalizza fl-isport u tokkupa l-kariga ta' Membru Eżekuttiv fil-Kumitat Olimpiku [...]