Antvin Monseigneur elett bħala President tal-Għaqda Ġurnalisti Sport
Antvin Monseigneur ġie elett bħala l-President il-ġdid tal-Għaqda Ġurnalisti Sport wara li rebaħ l-elezzjoni interna mal-l-kandidata l-oħra għal din il-kariga, Lorraine Cunningham, bi 33 vot kontra 30. Is-Sinjura Cunningham kienet ilha tokkupa l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali sa mis-sena 2018. Il-votazzjoni saret il-Ħamis filgħaxija waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali elettiva tal-Għaqda. Monseigneur se jieħu post Clinton Buhagiar li kien appuntat President f’dawn l-aħħar xhur wara r-riżenja ta’ Sandro Micallef minn din il-kariga s-sena l-oħra. Matul din il-Laqgħa Ġenerali Annwali attendew 64 membru minn total ta’ 113-il persuna li huma membri mħallsa tal-GħĠS. Joanna Camilleri ġiet eletta bħala Segretarju Ġenerali filwaqt li Stephen Azzopardi ġie elett bħala Teżorier. Is-sitt membri l-oħra eletti fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda kienu Paul Cachia, Maria Vella Galea, Carlos Gauci, Matthew Vassallo, Sandro Micallef u Josef Galdes. L-uffiċjali u l-membri tal-kumitat eżekuttiv se jservu għal mandat ta’ erba’ snin li jintemm f’Awwissu 2029. Ir-riżultati uffiċjali tal-elezzjoni kienu hekk: President Lorraine [...]


