Carlo Micallef sodisfatt bl-ewwel edizzjoni tas-Sela Cup ippreżentata minn Visit Malta
Il-Ħadd filgħaxija ġiet fi tmiemha b’suċċess l-ewwel edizzjoni tas-Sela Cup li kienet preżentata minn Visit Malta. Wara li saret il-preżentazzjoni tat-trofew lir-rebbieħa Newcastle United, Carlo Micallef CEO tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u Helmut Amhof tkellmu mall-ġurnalisti Maltin preżenti, fejn Carlo Micallef kien mistoqsi biex jagħti l-kummenti tiegħu wara li ġie fi tmiemhu dan l-avveniment. Carlo Micallef tkellem dwar l-ħsieb u l-ħidma li saret biex Visit Malta tiġi esposta f’ tournament ta’ dan t-tip, li fih ħadu sehem Newcastle United li din s-sena ser ikunu qed jirritornaw lura fil-UEFA Champions League wara assenza ta’ snin, Fiorentina li kienu finalisti tal- UEFA Europa Conference League matul l-istaġun li għadda, Villarreal li kienu finaslisti ta’ kompetizzjoni Ewropeja żewġ staġuni ilu u l-klabb Franċiż ta’ OGC Nice. Huwa kompla billi qal li l-erba’ pajjiżi li ġejjin minnhom t-timijiet li ħadu sehem huma pajjiżi li huma importanti f’dak li huwa l-qasam turistiku għall-pajjiżna. Ic-CEO ta’ [...]