News

2 02, 2015

Claudio Cassar u Sue Abela jirbħu l-ogħla unuri fl-Għażliet Sportivi Nazzjonali 2014

By |February 2nd, 2015|0 Comments

L-Edizzjoni 2014 li kienet l-54 edizzjoni minn meta dan l-avveniment beda jkun organizzat fl-1960 ġiet organizzata mill-Kunsill Malti għall-Isport u l-Għaqda Ġurnalisti Sports b’kollaborazzjoni mas-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-isport. Claudio Cassar, li rebaħ it-titlu mondjali fil-Kampjonati tal-Black Ball Pool li saru f’ Perth fl-Iskozja kellu sfida mit-tiratur żagħżugħ Nathan Lee Xuereb filwaqt li Sue Abela, in-numru 1 fit-ten pin bowling , rebħet żewġ midalji tal-fidda fil-Kampjonati tal-Mediterran, midalja tal-fidda fil-Masters Events u waħda tad-deheb fil-kategorija tas-Singles. Abela kellha sfida qawwija minn Rebecca Camilleri li kellha wkoll staġun mill-aqwa fl-atletika. […]

28 01, 2015

Edizzjoni oħra tal-iSport Malta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali nhar is-Sibt

By |January 28th, 2015|0 Comments

Is-Sibt li ġej issir edizzjoni oħra tal-iSport Malta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali serata li tkun mistennija ħafna mid-dilettanti tal-isport lokali speċjalment mill-atleti Maltin. L-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun organizzata mill-Kunsill Malti għall-Isport u l-Għaqda Ġurnalisti Sports bil-kollaborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Inovazzjoni, Riċerka, Żgħażagħ u Sport, li flimkien laħqu ftehim sabiex jorganizzaw dan l-avveniment nazzjonali flimkien għat-tliet snin li ġejjien. […]

27 01, 2015

Imħabbra l-finalisti tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali 2015

By |January 27th, 2015|0 Comments

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-Palazz Verdala, ġew imħabbra l-finalisti tal-kategoriji kollha tal-Sport Malta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali. Is-Serata finali, ippreżentata minn Mario Bonnici, se ssir nhar is-Sibt 31 ta’ Jannar 2015. Kienu numru sabiħ ta’ 58 ġurnalist, kollha membri fl-Għaqda Ġurnalisti Sport li vvutaw sabiex għażlu dak li, skont huma, huma l-aħjar ħames sportivi f’kull kategorija. […]

Go to Top