Ftehim ta’ 3 snin għall-organizazzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali
Il-Kunsill Malti għall-Isport, flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport laħqu ftehim mal-Għaqda Ġurnalisti Sports sabiex għat-tliet snin li ġejjin jorganizzaw flimkien l-Isport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali.Dan il-ftehim intlaħaq wara għadd ta’ laqgħat li saru bejn uffiċjali tal-KMS u tas-Segretarjat Parlamentari mal-uffiċjali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports. Iż-żewġ naħat qablu li għall-ġid tal-Isport lokali, tiġi organizzata serata waħda fejn jiġu ppremjati l-individwi sportivi fuq il-mertu u r-riżultati li jkunu kisbu matul is-sena.Il-ftehim ikopri s-serati ta’ għoti ta’ unur li ser isiru f’Jannar 2015, 2016 u 2017. […]



