Issir it-tnedija ta’ Sport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali
SportMalta flimkien mal-Għaqda Ġurnalisti Sports se jkunu qed jorganizzaw edizzjoni oħra ta’ Sport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali. Serata li tkun mistennija ħafna mid-dilettanti tal-isport lokali speċjalment mill-atleti, coaches u amministraturi Maltin. Sport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali għandhom storja ta’ ’l fuq minn 55 sena fejn dawn l-għażliet żviluppaw minn sena għal sena. Sa mill-ewwel edizzjoni, li rat lil Wilfred Pirotta fl-1960 jirbaħ l-unur tal-Isportiv tas-sena, sal-lum fejn dan l-avveniment kiber fil-popolarità tiegħu kemm bil-parteċipazzjoni tal-Assoċjazzjonijiet u Federazzjonijiet, il-ġurnalisti tal-isport u anke l-pubbliku ġenerali. […]


