Sandro Micallef elett President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports
Isir ir-raba’ President fl-istorja tal-GħĠS wara Fr Hilary Tagliaferro, Henry Calleja u Charles Camenzuli Sandro Micallef huwa r-raba’ President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports. Minkejja li hu kien l-unika kandidat għal din il-kariga ittieħed vot sigriet ta’ fiduċja bejn il-membri preżenti fejn Micallef ġab 30 vot favur, vot kontra u astensjoni waħda. Micallef li ilu jaħdem fil-qasam tal-ġurnaliżmu sportiv sa mill-1996 laħaq flok Charles Camenzuli li kien ilu President għal dawn l-aħħar erbatax –il sena u li xagħrejn ilu ġie elett bħala President tal-AIPS Europe u Vici President tal-AIPS. Qabel Camenzuli, l-Għaqda Ġurnalisti Sports li qabel kienet magħrufa bħala Għaqda Kittieba Sport mis-sena tat-twaqqif fl-1970 kellha wkoll lil Fr.Hilary sal-1987 u warajħ sal-2003 lil Henry Calleja. L-istess Laqgħa Generali Annwali approvat ir-rapporti Amministrattivi u Finanzjarji imħejjija minn Sandro Micallef u Antoine Dalli , Segretarju u Teżorier rispettivament. Apparti Sandro Micallef li minn Segretarju Ġenerali laħaq President hemm tibdil sostanzjali fit-tmexxija fejn bħala [...]
