News

12 08, 2017

Jitlaqqa’ l-ewwel kumitat eżekuttiv il-ġdid tal-Għaqda Ġurnalisti Sports

By |August 12th, 2017|0 Comments

Wara li saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports, tlaqqa’ uffiċjalment l-ewwel Kumitat Eżekuttiv il-ġdid li kien elett għall-perjodu 2017-21. Hekk kif sar f’dawn l-aħħar erba’ snin l-ewwel laqgħa tal-kumitat wara l-laqgħa ġenerali annwali din is-sena wkoll saret f’Għawdex, fejn l-eżekuttiv tal-GħĠS ħa l-opportunita’ sabiex għamel żjara ta’ koretesija lill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana.   Fost l-aġenda tal-ewwel laqgħa tal-kumitat eżekuttiv il-ġdid kien hemm diversi materji ta’ diskussjoni importanti fosthom ir-relazzjoni mal-assoċjazzjonijiet sportivi, l-ħidma ta’ preparazzjoni għall-Isportivi Nazzjonali tas-sena 2018 u r-responsabilitajiet li kull membru tal-kumitat kien se jingħata għall-erba’ snin li ġejjien.   Fil-ftuħ tal-laqgħa l-President il-ġdid Sandro Micallef irringrazzja lill-membri kollha tal-impenn tagħhom fi ħdan l-Għaqda Ġurnalsiti Sports. Hu tenna li daħal għall-dan l-imepnn fil-kariga ta’ President sabiex ikompli jaħdem fuq il-ġid li sar fl-aħħar 46 sena kemm ilha mwaqqfa l-Għaqda Ġurnalsiti Sports.   Hekk kif jitlob l-istatut tal-GħĠS fl-ewwel laqgħa ordinarja kellhom ikunu appuntati l-karigi ta’ Viċi [...]

8 08, 2017

The minister of Gozo Hon. Justyne Caruana meets the Executive Committee of the Malta Sports Journalists Association

By |August 8th, 2017|0 Comments

In a meeting that was held in the minister of Gozo, the minister for Gozo Hon Justyne Caruana met the new executive Committee of the Malta Sports Journalists Association that was recently elected. The Minister Caruana started by addressing and congratulating the new President of the Malta Sports Journalists Association Sandro Micallef who was recently elected as the fourth official President of the Association after Charles Camenzuli occupied this role for the past fourteen years. Charles Camenzuli has also been recently elected as the President of AIPS Europe and also Vice President of AIPS. Amongst various themes discussed during the visit included the focus of Gozo being promoted as the Sport touristic best destination both for the local and international associations. The Minister Caruana emphasized the importance of dedication and hard work of the Minister in order to advertise and help in the promotion of Gozo on an international spectrum [...]

7 08, 2017

L-Għ.Ġ.S issellem lil Mike Turner

By |August 7th, 2017|0 Comments

L-Għaqda Ġurnalisti Sports issellem lil MIKE TURNER li miet fi tmiem il-ġimgħa. Għal dawn l-aħħar tletin sena Mike Turner kien dejjem viċin il-media tal-isport lokali speċjalment waqt il-partiti tat-tim nazzjonali Malti tar-Rugby. Apparti li bejn l-2000 u l-2006 kien membru tal-kunsill tal-Malta Rugby Football Union, ir-rabta tiegħu mal-media tal-isport u wisq aktar mal-GħĠS għenet bil-bosta sabiex iqarreb l-isport mad-dilettanti tar-rugby u mal-isportivi Maltin. Il-President u Kumitat Ezekuttiv tal-GħĠS f’isem il-ġurnalisti membri jgħatu l-kondoljanzi lil familja Turner.

4 08, 2017

Il-Ministru għal Għawdex f’laqgħa mal-Għaqda Ġurnalisti Sports

By |August 4th, 2017|0 Comments

F’laqgħa li saret fil-Ministeru għal Għawdex, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ltaqgħet mal-eżekuttiv il-ġdid li għadu kif ġie elett tal-Għaqda Ġurnalisti Sports. Il-Ministru Caruana bdiet l-indirizz tagħha billi ferħet lill-President il-ġdid tal-Għaqda Sandro Micallef, li ġie maħtur bħala r-raba’ President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports wara li Charles Camenzuli ħalla dan il-post li kien ilu jokkupa għal dawn l-aħħar erbatax-il sena, dan wara li ġie elett President tal-AIPS Europe u Viċi President tal-AIPS. Fost it-temi diskussi waqt din iż-żjara kien hemm dik li Għawdex jiġi rreklamat bħala destinazzjoni turistika sportiva, kemm għall-assoċjazzjonijiet lokali kif ukoll dawk internazjonali. Hawnhekk il-Ministru Caruana enfasizzat l-impenn assolut tal-Ministeru għal Għawdex sabiex Għawdex ikun irreklamat fuq sfera internazzjonali sabiex din in-niċċa, li għandha potenzjal li tiżviluppa, tkompli tespandi. […]

Go to Top