News

10 10, 2018

Stqarrija għall-Meżżi tax-Xandir

By |October 10th, 2018|0 Comments

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin u l-Għaqda Ġurnalisti Sports jilqgħu b'sodisfazzjon is-sentenza tal-Qorti li kkundannat għal sitt xhur ħabs sospiżi għal tliet snin lill-persuna li agrediet ġurnalist. Permezz ta' din is-sentenza, il-Maġistrat Joe Mifsud qed jibgħat messaġġ ċar li l-vjolenza m'għandiex postha fis-soċjeta'; tal-lum, partikolarment vjolenza fuq ġurnalisti li xogħlhom hu li jirraportaw dak li hu ta' interess pubbliku, anke jekk dak li jirrappurtaw jista' ma jintlaqax tajjeb minn sezzjoni tal-pubbliku. L-IĠM u l-GħĠS dejjem insistew u se jibqgħu jinsistu fuq id-dritt fundamentali tal-liberta' tal-espressjoni u jħeġġu lil min jilleġiżla biex jiżdiedu l-pieni għallindividwi li jirrikorru għall-vjolenza, atti vandali jew intimidazzjoni fil-konfront tal-ġurnalisti.

10 10, 2018

Declaration for all media

By |October 10th, 2018|0 Comments

The Institute of Maltese Journalists together with the Malta Sports Journalists Association expressed their approval of the judgement handed out by the Malta Law Courts when they condemned a person to a six month suspended jail sentence after he was found guilty of attacking a journalist. With this ruling, Magistrate Joe Mifsud is sending out a clear message that there is definitely no condoning of violence especially violence towards journalists whose job is to report anything that is of public interest even though sometimes this is not appreciated by certain people. Both the IĠM as well as the GħĠS have always insisted and will continue to do so that freedom of expression is a right we have to defend and take the opportunity to insist that harsher penalties are to be handed out to all individuals that resort to violence, vandalism or intimidation towards journalists.

3 09, 2018

Titħabbar il-mewt tal-eks ġurnalist sportiv Simon Bonello

By |September 3rd, 2018|0 Comments

Il-komunita’ tal-media sportiva tinsab f’luttu hekk kif kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt tal-eks ġurnalist sportiv u President attwali tal-Federazzjoni Maltija tal-Lotta Simon Bonello. Simon Bonello kien mill-Furjana u miet fl-eta’ ta’ 85 sena. Għal diversi snin hu kien membru fl-Għaqda Ġurnalisti Sport aktar qabel magħrufa bħala Għaqda Kittieba Sport fejn serva bħala Viċi President. Sal-lum huwa kien membru onorarju tal-Għaqda. Huwa kien introduċa l-isport tal-Lotta f’Malta fl-1967 fejn waqqaf il-Federazzjoni sentejn wara pero l-aktar sport li kkontribwixxa għalih fil-qasam tal-ġurnaliżmu sportiv kien dak tat-tiġrijiet taż-żwiemel fejn għal bosta snin kien jirraporta mill-Korsa tal-Marsa u jikteb artikli fuq it-Times u n-Nazzjon, jaġġorna dwar it-tiġrijiet fuq Net TV u saħħansitra kellu programm televiżiv bl-isem ta’ Sulky fuq l-Isports Channel. Barra t-Tiġrijiet taż-Żwiemel u l-Lotta fis-snin 70 kien serva bħala President tal-Federazzjoni tal-Weightlifting, tal-Assoċjazzjoni tal-Bodybuilding u tal-Federazzjoni taċ-Chess. Kien ukoll referee stabbilit tal-Lotta. Għal snin twal kien membru fl-Eżekuttiv tal-Kumitat Olimpiku Malti fejn [...]

6 08, 2018

Laqgħa mas-Segretarju Parlamentari Onor. Clifton Grima

By |August 6th, 2018|0 Comments

Proposti mressqa mill-Għaqda Ġurnalisti Sports sabiex il-Gvern jikkunsidra li jimplimenta fil-Budget 2019 li se jitressaq f’Ottubru / Novembru 2018. Il-Gvern għandu immedjatament itella’ s-settur tal-Isport fil-livell ta’ Ministeru sabiex ikun hemm sinjal ċar li issa l-Gvern ma jridx jibqa’ jaħdem biss permezz ta’ politika kontra l-obesita’ u favur l-aċċessibilita’ u taħriġ isusidjat lill-poplu, iżda wasal iż-żmien li jibgħat sinjal li l-Gvern issa jistenna riżultati tanġibbli f’kompetizzjonijiet fuq skala internazzjonali mill-atleti tagħna.           Jekk dan ma jkunx possibli fl-immedjat il-Partit fil-Gvern għandu jwiegħed  fil-programm elettorali qabel l-elezzjoni                    ġenerali li jmiss, li l-Isport jitla’ f’livell ta’ Ministeru u ma’ jibqax fuq livell ta’ Segretarjat.   Il-Gvern permezz ta’ SportMalta għandu jidentifika bejn 10 u 12 –il Assoċjazzjoni Sportiva hekk meqjusa bħala ‘organizzati tajjeb’ u li l-Isport tagħhom jista’ fil-futur qarib jikseb riżultati tanġibbli fix-xena internazzjonali u jassenjalhom permezz ta’ secondment, persuna [...]

Go to Top