L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin u l-Għaqda Ġurnalisti Sports jilqgħu b’sodisfazzjon is-sentenza tal-Qorti li kkundannat għal sitt xhur ħabs sospiżi għal tliet snin lill-persuna li agrediet ġurnalist.
Permezz ta’ din is-sentenza, il-Maġistrat Joe Mifsud qed jibgħat messaġġ ċar li l-vjolenza m’għandiex postha fis-soċjeta’; tal-lum, partikolarment vjolenza fuq ġurnalisti li xogħlhom hu li jirraportaw dak li hu ta’ interess pubbliku, anke jekk dak li jirrappurtaw jista’ ma jintlaqax tajjeb minn sezzjoni tal-pubbliku.
L-IĠM u l-GħĠS dejjem insistew u se jibqgħu jinsistu fuq id-dritt fundamentali tal-liberta’ tal-espressjoni u jħeġġu lil min jilleġiżla biex jiżdiedu l-pieni għallindividwi li jirrikorru għall-vjolenza, atti vandali jew intimidazzjoni fil-konfront tal-ġurnalisti.