L-IĠM jilqa’ l-aħbar li l-Gvern laqa’ l-appell għall-għajnuna finanzjarja lill-ġurnalisti
L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin jilqa l-aħbar li l-Gvern laqa’ l-appelli li saru mill-IĠM f’ittra lill-Prim Ministru Robert Abela il-ġimgħa l-oħra: 1) l-għoti ta’ finanzjament lill-mezzi tax-xandir, b’rikonoxximent bħala pilastru ewlieni f’demokrazija u 2) iż-żieda ta’ fotografi freelance fil-lista ta’ persuni li se jibbenefikaw mill-għajnuna finanzjarja riżultat tal-impatt negattiv li qed tħalli l-COVID19. Kif semmejna fl-istqarrija preċedenti, il-familja ġurnalistika, għandna numru ta’ ġurnalisti u fotografi/camerapersons li huma freelancers, jaħdmu għal rashom, li d-dħul tagħhom diġa’ naqas drastikament għax ix-xogħol tagħhom naqas billi per eżempju, bħalissa ma huma organizzati ebda attivitajiet sportivi, soċjali jew attivitajiet tal-massa li minnhom jiddependi ħafna mid-dħul ta’ dawn il-ġurnalisti. Fl-aħħar jiem, f’laqgħa mal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Vera Jourova, il-Federazzjoni Ewropea tal-Ġurnalisti (EFJ) li l-IĠM hija membru tagħha, iddiskutiet il-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea u l-Gvernijiet tal-Istati Membri, joħolqu pjan ta’ rkupru għas-settur ġurnalistiku li hu kruċjali f’demokrazija. L-għaqda li tirrapreżenta lill-ġurnalisti appellat biex dan il-pjan ta irkupru ikun jinkludi: [...]


