News

15 06, 2021

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tippreżenta tifkira lil Michael Mifsud

By |June 15th, 2021|0 Comments

Kontribuzzjoni ġurnalistika estenssiva miġbura mill-ġurnalist Jesmond Moore ġiet ippreżentata fi frame kommemorattiv lill-eks plejer tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol Michael Mifsud, fl-uffiċju tal-istess għaqda. Il-President Sandro Micallef irrimarka li din il-preżentazzjoni saret wara snin twal ta’ ħbiberija fuq bażi personali u bħala għaqda tirrikonoxxi l-kontribut ta’ Mifsud fil-futbol lokali anki fuq bażi internazzjonali. Min-naħa tiegħu Mifsud irringrazzja mill-qalb lil Sandro Micallef u l-membri l-oħra tal-Għaqda Ġuranlisti Sports għal dan il-ġest ferm sabiħ. Mifsud irringrazzja wkoll lill-ġurnalisti kollha li kull tmiem il-ġimgħa, xemx jew xita jkunu preżenti biex isegwu u jaġġornaw lill-pubbliku dwar il-kompetizzjonijiet tal-futbol lokali kollha. Fi tmiem din il-preżentazzjoni Michael Mifsud iffirma xi memorabilia li parti minnha se tinżamm mill-Għaqda Ġurnalisti Sports, filwaqt li se jkun hemm oħrajn li se jingħataw b’benefiċjenza fil-futur.

15 06, 2021

Malta Sports Journalists Association presents memento to Michael Mifsud

By |June 15th, 2021|0 Comments

A framed extensive journalistic contribution compiled by journalist Jesmond Moore was recently presented to former national team football player Michael Mifsud. MSJA’s President Sandro Micallef remarked that this presentation is a result of a personal sound friendship for many years and as MSJA this was a sign of appreciation to Mifsud’s contribution to the local football and for his experience at an international level. Mifsud thanked Sandro Micallef and all the other MSJA members for this gesture and thanked all Maltese sports journalists for their continued support. Following the presentation, Michael Mifsud also signed some personal memorabilia which will be kept for the Malta Sports Journalists Association's sports museum and other items which will be eventually distributed during charitable campaigns.

5 06, 2021

Zurrieq FC Futsal presented with the TGS Malta Fair Play Award

By |June 5th, 2021|0 Comments

Following the official launch of the Malta Fair Play Movement, the Standing Committee formed by Joe Borg Cardona, Kevin J Azzopardi, Pierre Cassar, Dr Adele Muscat and chaired by Charles Camenzuli, have announced the first TGS Malta Fair Play Award in conjunction with the Malta Sports Journalists Association and sponsored by Together Gaming Solutions. Zurrieq FC Futsal have been awarded the first award covering the January - March 2021 period. The act of sportsmanship by Zurrieq FC Futsal occurred in the league match held on the 23rd of January 2021 against St. George’s, after they allowed the opponents to score to compensate for a goal they had scored when one of St. George’s was injured on field of play. There is also a video which was also published on the social media which documents this act. The award was given to Zurrieq FC Futsal’s Head Coach Alexei Saliba and Vice-Captain [...]

5 06, 2021

Zurrieq FC Futsal irċevew it-TGS Malta Fair Play Award

By |June 5th, 2021|0 Comments

Wara t-tnedija uffiċjali tal-Malta Fair Play Movement, l-iStanding Committee iffurmat minn Joe Borg Cardona, Kevin J Azzopardi, Pierre Cassar, Dr Adele Muscat u ċ-Ċermen Charles Camenzuli, ħabbru l-ewwel TGS Malta Fair Play Award b’mod konġunt mal-Għaqda Ġurnalisti Sports u sponsorjat minn Together Gaming Solutions. Zurrieq FC Futsal ġew mogħtija l-ewwel premju għall-perjodu bejn Jannar u Marzu tas-sena 2021. Il-ġest altuwistiku min-naħa ta’ Zurrieq FC Futsal seħħ waqt logħba tal-kampjonat tal-futsal lokali fit-23 ta’ Jannar 2021 kontra St. George’s, wara li ħallew lill-avversarji jiskurjaw biex jikkompensaw għall-gowl li skorjaw waqt li plejer ta’ St. George’s kien imweġġa’ fil-court. Hemm ukoll vidjow fuq il-midja soċjali li jiddokumenta dan il-ġest. Il-premju ġie preżentat lill-Head Coach Alexei Saliba u l-Vice-Captain Luke Bugeja ta’ Zurrieq FC Futsal li kienu preżenti dakinhar li seħħ il-ġest altruwistiku. Il-preżentazzjoni tat-TGS Malta Fair Play Award saret nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Ġunju 2021 fis-2pm fil-preżenza ta’ Andrea Critien mid-Dipariment tal-Finanzi [...]

Go to Top