Thyis Antonelli tirbaħ l-Atlas Atleta Żagħżugħa tas-Sena 2023
Wara li rebħet l-unur tal-Atlas Atleta Żagħżugħa tax-Xahar għal Awissu, l-atleta tal-Karate Thia Thyis Antonelli rebħet l-Atlas Atleta Żagħżugħa tas-Sena 2023. Hija rebħet dan l-unur prestiġġjuż wara votazzjoni minn panel ta’ tliet ġurnalisti mħallta mal-votazzjoni tal-pubbliku, li saret fuq il-midja soċjali matul dawn l-aħħar ġimgħat. Fit-tieni post overall ta’ dan l-unur spiċċaw l-atleta tat-track and field Graham Pellegrini u lt-triatleta Liam Daly. Din hija l-ewwel darba li Antonelli qed tirbaħ dan l-unur annwali. Matul is-snin, dan l-unur annwali mar għand Tenishia Thornton fl-2020 u fl-2022, filwaqt li Haley Bugeja fis-sena 2021. Thyis Antonelli uriet l-kapaċitajiet tagħha fit-tieni edizzjoni tal-International Sport School Federation (ISF) U15 Gymnasiade 2023 Games li saru bejn il-21 u s-27 ta’ Awwissu f’Rio de Janeiro, fil-Brażil. Thyis Antonelli ħadet sehem fl-kategorija tal-kadetti ta’ taħt il-15-il sena u l-fuq minn 54 kilo, fejn uriet ħila u determinazzjoni li bihom spiċċat l-ewwel post fil-grupp. Fil-finali hija għelbet lill-avversarju [...]