L-Għaqda Ġurnalisti Sports (GħĠS) qed tiltaqa’ ma’ diversi assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet sportivi sabiex bħala għaqda tkompli timpenja ruħha biex ittejjeb u tgħin il-kommunikazzjoni tal-Assoċjazzjonijiet fis-settur tal-midja sportiva. Fil-passat kienu jsiru laqgħat simili, iżda nħass il-bżonn li dawn il-laqgħat jerġgħu jiġu introdotti fuq bażi regolari.

Riċentament l-GħĠS laqgħet fl-uffiċini tagħha li għandha fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq lil dawn l-assoċjazzjonijiet; Malta Handball Association, Malta Tennis Federation, Malta Bowling Association u l-Malta Gymnastics Federation.

Dawn il-laqgħat qed isiru sabiex dawn l-assoċjazzjonjiet u federazzjonjiet sportivi jiddentifikaw il-potenzjal tagħhom, billi jagħmlu użu tajjeb mill-mezzi ta’ komunikazzjoni, sabiex jilħqu udjenza akbar biex jippromwovu l-attivitajiet u l-kompetizzjonijiet tagħhom.

F’dawn il-laqgħat ġew diskussi wkoll diversi punti li jolqtu l-amministrazzjoni, il-membri u l-isfidi li jkollhom għall-postijiet fejn l-atleti jipprattikaw l-isport tagħhom.

Min-naħa tagħha l-GħĠS tkompli timpenja ruħha sabiex issaħħaħ il-kolaborazzjoni u l-iżvilupp ma’ dawn l-assoċjazzjonijiet u l-federazzjonijiet sportivi. Il-Laqgħat qed jitmexxew mill-President u s-Segretarju Ġenerali tal-GħĠS Sandro Micallef u Lorraine Cunningham.

Ritratt: (Mix-xellug) Stephen Azzopardi (Amministratur tal-GħĠS), Lorraine Cunningham (Segretarju Ġenerali tal-GħĠS), Deborah Caruana (Segretarju Ġenerali tal-Malta Gymnastics Federation), Robert Magro (President tal-Malta Gymnastics Federation ), Josef Galdes (Membru tal-Kumitat Eżekuttiv tal-GħĠS) u Sandro Micallef (President tal-GħĠS).

Ritratt: (Mix-xellug) Stephen Azzopardi (Amministratur tal-GħĠS), Lorraine Cunningham (Segretarju Ġenerali tal-GħĠS), Daniel Tabone (President tal-Malta Handball Association), Joe Aquilina (Segretarju Ġenerali tal-Malta Handball Association), Clinton Buhagiar (Viċi President tal-GħĠS), Josef Galdes (Membru tal-Kumitat Eżekuttiv tal-GħĠS) u Sandro Micallef (President tal-GħĠS).

Ritratt: (Mix-xellug) Sandro Micallef (President tal-GħĠS), Liliana Spiteri (Segretarju Ġenerali tal-Malta Bowling Association), Edward Mifsud (President tal-Malta Bowling Association), Lorraine Cunningham (Segretarju Ġenerali tal-GħĠS), u Josef Galdes (Membru tal-Kumitat Eżekuttiv tal-GħĠS).