L-Għaqda Ġurnalisti Sports tiltaqa’ mal-uffiċjali tal-MFA
Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports għamel żjara ta’ korestija lill-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo ftit jiem biss qabel l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Football issir iċ-ċentru tal-attenzjoni fil-football ewropew bl-organizazzjoni tal-kampjonat tal-UEFA ta’ taħt is-17 -il sena. F’din il-laqgħa d-delegazzjoni tal-Għaqda Gurnalisti Sports immexxija mill-President Charles Camenzuli estendiet l-awguri tagħha lill-MFA lejliet it-tlugħ uffiċjali tal-poloz ta’ din il-kompetizzjoni tant prestigjuza u awgurat kull suċċess fl-organizazzjoni ta’ dan il-kampjonat. […]


