Home Page

10 05, 2017

Charles Camenzuli elett President tal-AIPS Europe

By |May 10th, 2017|0 Comments

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tifraħ lil Charles Camenzuli li iktar kmieni llum kien elett b’mod unanimu fil-kariga ta’ President tal-AIPS Europe waqt it-80 Kungress tal-AIPS li qed isir f’Seoul u Pyeongchang il-Korea t’Isfel. Waqt l-Assemblea Ġenerali tal-AIPS Europe ġie elett ukoll kumitat eżekuttiv ġdid li se jmexxi għal terminu ta’ erba’ snin bil-karigi eżekuttivi l-ġodda se jkunu okkupati minn Predrag Milinkovic mis-Serbia bħala Segretarju Ġenerali u minn Murat Agca tat-Turkija bħala Teżorier fost l-oħrajn.  […]

8 05, 2017

L-MFA tibqa’ siekta wara l-inċident li kien involut fih ġurnalist

By |May 8th, 2017|0 Comments

Stqarrija għall-Istampa illum 8 ta’ Mejju 2017    L-Għaqda Ġurnalisti Sports turi d-diżaprovazzjoni tagħha għal-fatt li wara tlett ijiem mill-inċident li fih kien involut ġurnalist tal-iSport, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Football baqgħet siekta dwar dan il-każ u l-anqas biss ħarġet stqarrija ta’ kundanna u solidarjeta’ ma’ dan il-ġurnalist li jirraporta regolarment il-kompetizzjonijiet tal-MFA.   L-Inċident seħħ nhar il-Ġimgħa fil-Hiberbians Stadium, meta membru tal-kumitat ta’ Birkirkara FC intimida u hedded lil dan il-ġurnalist. Il-każ qed ikun investigat mill-Pulizija. […]

6 05, 2017

Ġurnalist intimidat minn membru tal-kumitat ta’ Birkirkara FC, kundanna bla riservi

By |May 6th, 2017|0 Comments

L-Għaqda Ġurnalisti Sports fi stqarrija qalet li tikkundanna bla riservi l-inċident li seħħ il-Ġimgħa 5 ta’ Mejju fejn ġurnalist tal-isport membru tal-Għ.Ġ.S li kien xogħol fil-Hibernians Stadium f’Kordin ġie intimidat, u mhedded minn membru tal-Kumitat ta’ Birkirkara FC waqt il-logħba mill-Kampjonat BOV Premier bejn l-istess Birkirkara u Floriana FC. L-istqarrija żżied li l-Gravita’ tal-inċident hi inkwetanti aktar u aktar hekk kif l-inċident seħħ fil-VIP Area tal-Hibernians Stadium fejn hemm ukoll il-Press Area li fiha jaħdmu u jkunu l-ġurnalisti. L-Għaqda Ġurnalisti Sports infurmata li wara l-logħba sar rapport lill-Pulizija li qegħdin jinvestigaw il-każ bl-għajnuna ta’ diversi xhieda fosthom ġurnalisti oħra u impjegati tal-MFA li kienu xogħol waqt il-logħba. […]

Go to Top