Sport u media, media u sport
Analiżi dwar is-sitwazzjoni tal-medja tal-isport u l-isport f’Malta. CHARLES CAMENZULI – President AIPS Europe X’inhi s-sitwazzjoni mal-isport Malti vis a vis il-medja tal-isport . Il-medja tal-isport x’inhi l-pożizzjoni tagħha fil-konfront tal-isport Malti. Biex wieħed jagħmel analiżi ta’ dan fil-prinċipju, kulħadd għandu jagħmel l-ewwel analiżi marbuta mad-diskorsi li bħala President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports kont wassalt fis-Serata ta’ Premjazzjoni ta’ Sport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali. Analiżi li turi biċ-ċar is-sitwazzjoni kif inhi llum tal-isport Malti fil-konfront tal-media tal-isport u kif il-medja tal-isport għandha timxi jekk wieħed irid titjib tas-sitwazzjoni attwali. 13 ta’ Frar 2016 : “ Wasal iż-żmien li nibdew nidentifikaw u nikklassifikaw liema huma dawk ir-riżultati u kompetizzjonijiet li jkun jixirqilhom attenzjoni. L-istess assoċjazzjonijiet għandhom wkoll jimmaturaw. Ma jistax ikun illi wieħed jippretendi rikonoxximent ta’ kull riżultat li għax miksub barra pajjiżna jsir eloġju żejjed u meta wieħed iwettaq riċerka jsib li l-kompetizzjoni kienet ta’ livell [...]



