Jerġgħu jirbħu l-edizzjoni ta’ din is-sena l-MFCA, l-GħĠS runners up għall-ewwel darba

Ġurnalisti tal-Isport u esponenti fil-qasam tal-media, coaches, referees, coaching staff u impjegati tal-MFA l-Erbgħa filgħodu ltaqgħu għat-Tournament tradizzjonali tal-football 8 a side li jsir l-għada tal-Milied. Kwadrangulari li jieħdu sehem fih teams iffurmati minn erba’ assoċjazzjonijiet, il-Malta Football Coaches Association, il-Malta Football Referees Association, il-Malta Football Coaches Association u l-Għaqda Ġurnalisti Sports.

It-Tournament li għalih attendiet ukoll għal xi ħin il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca ntrebaħ għat-tieni sena konsekuttiva mill-MFCA bit-team tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jispċċa bħala runner up waħdu għall-ewwel darba.

Din l-attivita’ ilha tkun organizzata għal snin twal mill-Għaqda Ġurnalisti Sports. Kien fis-sena 1975 li saret l-ewwel logħba l-għada tal-Milied bejn il-Ġurnalisti tal-isport u r-Referees. Fl-aħħar tmien snin bdew ikunu mistedna jipparteċipaw il-kowċis u l-istaff tal-MFA. L-Għan prinċipali ta’ din l-attivita’ hi li dawk li jaħdmu madwar il-logħba tal-football ikollhom l-opportunita’ li jiltaqgħu darba f’sena f’attivita differenti. Hekk kif sar fl-aħħar snin il-players u r-rapreżentanti tal-erba’ assoċjazzjonijiet li jieħdu sehem f’dan it-Tournament taw donazzjoni b’risq il-Fondazzjoni Community Chest Fund li kienet preżentata aktar tard matul il-ġurnata waqt l-istrina. Is-somma miġbura u preżentata iktar tard mal-jum kienet ta’ €800.

Fi tmiem it-Tournament Brian Said captain tat-team tal-coaches kien ippreżentat bix-Shield kommemorattiva bħala r-rebbieħa tal-Boxing Day Tournament 2018 mill-President tal-GħĠS Sandro Micallef.

Riżultati:

MFA – GħĠS 1-2

MFCA – MFRA 5-1

MFCA – GħĠS 2-1

MFRA – MFA 2-0

MFA – MFCA 1-4

GħĠS – MFRA 3-1

Klassifika Finali: MFCA 9 punti; GħĠS 6 punti, MFRA 3 punti MFA 0.

Ant Mons Laura Cunningham Clinton Buhagiar Clifton Grima Stewart Said Charles Camenzuli Catherine Micallef Stewart Said Stephen Azzopardi Joanna Camilleri Mark Muscat Mark Attard