Chelsea jirbħu lil AC Milan fit-tieni logħba tal-VisitMalta Weekender
minn Pamela Schembri fi Stamford Bridge, Londra Chelsea rebħu t-tieni logħba ta’ ħbiberija tal-VisitMalta Weekender meta l-Ħadd waranofsinhar lagħbu kontra AC Milan fi Stamford Bridge. Qabel bdiet il-logħba Chelsea mmexxija mill-Captain James Reece u l-kowċ Enzo Maresca ħarġu jippreżentaw it-trofew tal-Club World Cup lill-partitarji u dawk preżenti. Għal din il-logħba, Enzo Maresca għamel xejn anqas minn sitt tibdiliet fil-line up inizjali meta mqabbel ma’ kif beda nhar il-Ġimgħa kontra Bayer Leverkusen. Hu ddeċieda li din id-darba jibda lil Tosin Adarabioyo, Pedro Neto, Enso Fernandez, Jamie Gittens u Joao Pedro. Intant Massimiliano Allegri beda biss lil Yunus Musah, meta mqabbel mal-bieraħ hekk kif huma kellhom logħba ta’ ħbiberija kontra Leeds United, liema logħba spiċċat fi draw ta’ 1-1. Chelsea fetħu l-iskor wara sitt minuti logħob permezz ta’ awtogowl ta’ Andrei Coubis li kien sfortunat li dawwar freekick tal-captain tal-blues Reece James f’gowl. Minuta biss wara, Joao Pedro għamilhom 2-0 meta [...]


