stephen

About Stephen Azzopardi

This author has not yet filled in any details.
So far Stephen Azzopardi has created 681 blog entries.
23 04, 2021

Ippreżentata l-ewwel €1,000 lil Patrick Maia

By |April 23rd, 2021|0 Comments

Il-ġurnalist sportiv u membru tal-Għaqda Ġurnalisti Sport Antvin Monseigneur ipprezenta donazzjoni ta’ €1,000 lill-plejer ta’ Marsa FC Patrick Maia. Il-plejer beda kampanja biex jiġbor fondi sabiex it-tifel tiegħu Luca ta’ sena u 8 xhur jingħata l-kura meħtiega għall-marda tal-kanċer f’Malta u dalwaqt barra minn Malta. Monseigneur poġġa diversi oġġetti bħal memorabilia sportiva għall-irkant fosthom flokkijket tat-tim nazzjonali taljan iffirmati. Ma’ din is-somma kien hemm xi donazzjonijiet ta’ ħbieb personali tal-ġurnalist sportiv li wkoll għenu f’din l-inizjattiva.   F’kumment li ta Monseigneur qal li hu se jibqa’ għaddej bil-ġbir bil-għan li jinġabru aktar fondi fejn għadhom qed jintlaqgħu offerti għall-mini moto replica tal-mutur ta’ Valentino Rossi, beritta iffirmata mill-istess leġġenda u flokk tat-tim nazzjonali taljan iffirmat minn Pirlo u Buffon. Il-flokk iffirmat minn Eder ġie assenjat.   Antvin Monseigneur appella lill-Maltin sabiex jibqgħu jkunu ġenerużi u dawk li jixtiequ jagħmlu donazzjoni jistgħu jew jikkuntatjaw lil Għaqda Ġurnalisti Sport jew lilu personalment.

19 04, 2021

Mya Azzopardi tirbah l-unur tal-Atlas Youth Athlete of the Month għal Marzu 2021

By |April 19th, 2021|0 Comments

L-għawwiema żagħżugħa Mya Azzopardi hija r-rebbieħa tal-ATLAS Atleta tax-Xahar għal Marzu. Azzopardi, li għad għandha 18-il sena, rebħet dan l-unur wara l-wirjiet tagħha fil-kompetizzjonijiet internazzjonali Turkcell li kienu organizzati mill-Federazzjoni tal-Għawm Torka. Azzopardi waqqfet rekords nazzjonali ġodda fil-200 u 400 metru freestyle, kif ukoll fil-100 u 400 metru individual medley. Fil-200 metru freestyle, Azzopardi tejbet il-ħin tagħha b’0.28 ta’ sekonda, biex waqqfet rekord ġdid ta’ 2:06.48. Fl-400 metru individual medley, Azzopardi tejbet ir-rekord ta’ Francesca Falzon Young bi ftit aktar minn 19-il sekonda. Falzon Young kienet għamlet ħin ta’ 5:16.36 fl-2016, f’Dubaj, b’Azzopardi jirnexxilha tinżel taħt il-ħames minuti meta għamlet ħin ta’ 4:57.75. Fil-100 metru individual medley, Mya Azzopardi tejbet il-ħin tagħha stess li kien waqqfet f’Żagreb fl-2017m b’0.22 ta’ sekonda, biex għamlet ħint ta’ 1:05.54. Fl-400 metru freestyle, Azzopardi wkoll tejbet il-ħin tagħha li kienet għamlet f’Jannar tas-sena li għaddiet f’Ruma bi ftit aktar minn 2 sekondi. Fit-Turkija hija [...]

Go to Top