Sandro

About Sandro

This author has not yet filled in any details.
So far Sandro has created 187 blog entries.
21 02, 2019

Sena 2018 mimlija attivita’ u xogħol għall-Għaqda Ġurnalisti Sports

By |February 21st, 2019|0 Comments

Għall-Għaqda Ġurnalisti Sport, is-sena 2018 kienet waħda impenjattiva ħafna. Il-Kumitat Eżekuttiv kompla jaħdem fuq ix-xogħol li nbeda fis-snin preċedenti u aktar minn hekk, tnehdew inizjattivi ġodda. Saru laqgħat uffiċjali tal-Kumitat kull xahar, fejn fil-bidu ta’ Ġunju tas-sena l-oħra saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali li fiha ġiet eletta Lorraine Cunningham fil-kariga ta’ Segretarju Ġenerali biex b’hekk inkitbet paġna ġdida fl-Istorja tal-Għaqda bl-ewwel Segretarju u uffiċjal mara. Minbarra dawn il-laqgħat, il-Kumitat iltaqa' formalment ma’ diversi Assoċċjazzjonijiet u Federazzjonijiet Sportivi biex joffri l-għajnuna tiegħu rigward rappurtaġġ ta’ attivitajiet u biex ukoll jissaħħu r-relazzjonijiet bejn ż-żewġ naħat. Fost dawn il-laqgħat saret ukoll laqgħa uffiċjali man-National Anti Doping Organisation ta’ Malta. S’intendi, fil-bidu ta’ kull sena, l-Għaqda Ġurnalisti Sports tkun impenjata bis-sħiħ biex flimkien ma’ SportMalta, jkunu organizzati l-Għażliet Sportivi Nazzjonali, attività li tkun segwita b’sensiela ta’ żjarat ta’ kortesija tar-rebbieħa għand is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Sport Clifton Grima kif ukoll għand il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia. Saret [...]

20 02, 2019

Il-Finalisti tad-59 edizzjoni tal-iSportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali

By |February 20th, 2019|0 Comments

Nhar is-Sibt 23 ta' Frar 2019 l-Għaqda Ġurnalisti Sports flimkien ma' SportMalta se jorganizzaw edizzjoni oħra ta' SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali. Din is-serata se tixxandar diretta fuq TVM2 mis-7.30pm 'il quddiem. L-edizzjoni ta' din is-sena hi d-59 edizzjoni sa minn meta beda jkun organizzat il-konkors Sportiv tas-Sena lura fl-1960. B'kollox se jingħataw 11-il unur li minnhom se jkun hemm 7 kategoriji li l-unur se jitħabbar waqt votazzjoni tal-ġurija komposta minn ġurnalisti tal-Isport. L-edizzjoni ta' nhar is-Sibt se tkun qed tirrikonoxxi l-kisbiet tal-atleti u l-uffiċjali matul is-sena 2018. Biex tara l-profil ta' dawn l-atleti u l-uffiċjali li huma finalisti idħol fid-dokument t'hawn taħt: Min huma l-Finalisti  

18 02, 2019

Certificates Presentation and Announcement of Finalists – SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali 59th edition – 16th Feb 2019 at Fort St. Angelo

By |February 18th, 2019|0 Comments

Go to Top