Nhar is-Sibt 23 ta’ Frar 2019 l-Għaqda Ġurnalisti Sports flimkien ma’ SportMalta se jorganizzaw edizzjoni oħra ta’ SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali. Din is-serata se tixxandar diretta fuq TVM2 mis-7.30pm ‘il quddiem. L-edizzjoni ta’ din is-sena hi d-59 edizzjoni sa minn meta beda jkun organizzat il-konkors Sportiv tas-Sena lura fl-1960.

B’kollox se jingħataw 11-il unur li minnhom se jkun hemm 7 kategoriji li l-unur se jitħabbar waqt votazzjoni tal-ġurija komposta minn ġurnalisti tal-Isport. L-edizzjoni ta’ nhar is-Sibt se tkun qed tirrikonoxxi l-kisbiet tal-atleti u l-uffiċjali matul is-sena 2018.

Biex tara l-profil ta’ dawn l-atleti u l-uffiċjali li huma finalisti idħol fid-dokument t’hawn taħt:

Min huma l-Finalisti