L-Għaqda Ġurnalisti Sports tingħaqad mal-komunità sportiva u ssellem il-memorja ta’ Christopher Busuttil Leaver.

Huwa kien isegwi l-futbol imbagħad il-hockey, fejn beda bħala plejer u wara kien fl-ogħla karigi fit-tmexxija tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey. Huwa serva bħala Segretarju Ġenerali u wara bħala President fejn kien involut fl-organizzazzjoni ta’ diversi tournaments internazzjonali fosthom il-Hockey Challenge Tournament li l-European Hockey Association kienet fdat f’idejn l-assoċjazzjoni Maltija.

Għal diversi snin kien membru attiv fl-Għaqda Ġurnalisti Sports billi kien kontributur regolari bħala kummentatur tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hockey fuq l-istazzjon sportiv tal-pjattaforma Melita.

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jibgħat il-kondoljanzi lill-membri kollha tal-familja Busuttil Leaver.

Ritratt: Christopher Busuttil Leaver waqt l-attività soċjali ta’ zmien il-Milied, organizzata mill-Għaqda Ġurnalisti Sports, f’Diċembru tal-2017.