Matul ix-xahar ta’ Jannar, il-Malta Fair Play Movement se tkun qed tevalwa kull dħul relatat mal-kunċett ta’ Fair Play li l-assoċjazzjonijiet, uffiċjali sportivi jew l-atleti jkunu ltaqgħu miegħu matul il-perjodu minn Ottubru sa Diċembru (2023).

L-assoċjazzjonijiet sportivi kollha, federazzjonijiet u wkoll il-pubbliku ġenerali huwa mitlub jgħaddi dettalji ta’ ġrajjiet, kompetizzjonijiet, jew / u sessjonijiet ta’ taħriġ, fejn kien xhud ta’ att ta’ Fair Play. Barra minn dan, hu meħtieġ ukoll dettalji dwar l-atleta/i, tim/ijiet, jew uffiċjal/i.

In-nominazzjonijiet għandhom jintbagħtu permezz tal-imejl info@maltasportsjournalists.com sa mhux aktar tard mid-29 ta’ Jannar 2024.