Il-Ħadd filgħaxija ġiet fi tmiemha b’suċċess l-ewwel edizzjoni tas-Sela Cup li kienet preżentata minn Visit Malta.
Wara li saret il-preżentazzjoni tat-trofew lir-rebbieħa Newcastle United, Carlo Micallef CEO tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u Helmut Amhof tkellmu mall-ġurnalisti Maltin preżenti, fejn Carlo Micallef kien mistoqsi biex jagħti l-kummenti tiegħu wara li ġie fi tmiemhu dan l-avveniment.
Carlo Micallef tkellem dwar l-ħsieb u l-ħidma li saret biex Visit Malta tiġi esposta f’ tournament ta’ dan t-tip, li fih ħadu sehem Newcastle United li din s-sena ser ikunu qed jirritornaw lura fil-UEFA Champions League wara assenza ta’ snin, Fiorentina li kienu finalisti tal- UEFA Europa Conference League matul l-istaġun li għadda, Villarreal li kienu finaslisti ta’ kompetizzjoni Ewropeja żewġ staġuni ilu u l-klabb Franċiż ta’ OGC Nice.
Huwa kompla billi qal li l-erba’ pajjiżi li ġejjin minnhom t-timijiet li ħadu sehem huma pajjiżi li huma importanti f’dak li huwa l-qasam turistiku għall-pajjiżna.
Ic-CEO ta’ Visit Malta kompla billi qal li din il-promozzjoni tal-brand Visit Malta mhux qed issir biex iġġib biss turisti matul ix-xhur sajfin, iżda biex ukoll il-qasam turistiku f’pajjiżna jibqa’ wkoll għaddej matul ix-xhur tax-xitwa.
Meta mistoqsi dwar hekk il-quddiem jistax jkun hemm xi tip ta’ promozzjoni turistika l-barra mis-suq fir-Renju Unit, Carlo Micallef semma’ li ma jeskludi xejn għall-futur, filwaqt li bi spunt dwar l-isponorship preżenti ma’ Manchester United, huwa qal li dan mhuwiex immirat biss għas-suq Ingliż, iżda aktar għas-suq Ażjatiku, minħabba l-fan base kbira li għandu t-tim minn Manchester f’dan il-kontinent.
Is-Sur Carlo Micallef kien mistoqsi wkoll dwar r-ritorn li huwa mistenni lura wara dan t-tourament, fejn huwa semma’ li f’dawn l-aħħar jiem huma kellhom diversi laqgħat ma’ nies li huma midħla fit-turiżmu u ma’ negozjanti li huma interessati li jinvestu f’pajjiżna.
Minn naħa tiegħu Helmut Amhof meta mistoqsi dwar x’hemm għall-futur bejn SLFC u l- Awtorità Maltija tat-Turizmu, huwa qal li din l-kolaborazzjoni issa ilha għaddejja għal dawn l-aħħar sitt snin u għad hemm aktar affarijiet ippjanati għall-quddiem, li mistennija jkunu diskussi fil-futur.
Leave A Comment